Help Print this page 
Title and reference
Użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta' partijiet u materjali ta' vetturi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta' partijiet u materjali ta' vetturi

Il-manifatturi jridu jiddisinjaw il-vetturi sabiex livelli minimi ta' partijiet u materjali jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, jiġu riċiklati jew irkuprati ladarba l-vettura tasal fi tmiem il-ħajja naturali tagħha. L-għan huwa li jitnaqqas l-iskart minn dawk li huma magħrufa bħala vetturi li ma għadhomx jintużaw.

ATT

Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

SOMMARJU

Il-manifatturi jridu jiddisinjaw il-vetturi sabiex livelli minimi ta' partijiet u materjali jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, jiġu riċiklati jew irkuprati ladarba l-vettura tasal fi tmiem il-ħajja naturali tagħha. L-għan huwa li jitnaqqas l-iskart minn dawk li huma magħrufa bħala vetturi li ma għadhomx jintużaw.

X’TAGĦMEL-ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli amministrattivi u tekniċi biex tiżgura li l-partijiet u l-materjali ta' vettura finalment ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jiġu riċiklati u rkuprati kemm jista' jkun. Din tiżgura li l-komponenti użati mill-ġdid ma jikkawżaw l-ebda riskju għas-sikurezza jew ambjentali.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) tapplika għal mudelli ġodda u mudelli li diġà qed jiġu prodotti ta' karozzi, station wagons, trasportaturi ta' persuni u vetturi kummerċjali ħfief (eż. vannijiet).

Il-vetturi ġodda jistgħu jinbiegħu biss fl-UE jekk ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw u/jew riċiklati sa mill-inqas 85 % tal-massa tagħhom jew użati mill-ġdid u /jew irkuprati sa mill-inqas 95 % tal-massa tagħhom.

Il-manifatturi jrid ikollhom strateġiji stabbiliti sabiex iġestixxu kif xieraq ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru.

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali jqisu dawn l-istrateġiji bħala sodisfaċenti, il-manifattur jirċievi ċertifikat ta' konformità. Dan huwa validu għal mill-inqas sentejn.

L-użu mill-ġdid ta' ċerti partijiet komponenti, bħal airbags, ċinturini ta' sigurtà u sokra tal-isteering, huwa pprojbit u ma jistax jintuża f'vetturi ġodda peress li dawn jista' jkollhom riskji ta' sikurezza u ambjentali.

Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal vetturi magħmula għal skop speċjali bħal karozzi blindati u ambulanzi, jew vetturi prodotti f'serje żgħira, definiti bħala inqas minn 500 vettura ta' familja waħda ta' tipi mibjugħa kull sena f'kull pajjiż tal-UE.

Leġiżlazzjoni separata tistabbilixxi miżuri biex jiġi evitat u limitat l-iskart minn vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom u tiżgura li dan jintuża mill-ġdid, jiġi riċiklat jew irkuprat kull meta possibbli.

SFOND

Kull sena, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw joħolqu bejn 8 u 9 miljun tunnellata ta' skart fl-UE.

Għal aktar informazzjoni, ara Il-Vetturi li ma Għadhomx Jintużaw fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2005/64/KE

15.12.2005

15.12.2006

ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10-27

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/1/KE

3.2.2009

-

ĠU L 9, 14.1.2009, p. 31-32

L-aħħar aġġornament: 25.08.2015

Top