Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju: definizzjoni u ambitu

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju: definizzjoni u ambitu

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni — id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

SOMMARJU

X'TAGĦMEL IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Tistabbilixi l-kriterja għall-identifikazzjoni fuq jekk kumpanija hijiex intrapriżia mikro, żgħira u ta’ daqs medju (SME). Dawn il-kategoriji differenti, ibbażati fuq in-numru ta' impjegati ta' kumpanija u l-fatturat jew total tal-karta ta' bilanċ tagħha, jiddeterminaw l-eġibilità tagħha għall-programmi finanzjarji u ta' appoġġ tal-UE u nazzjonali. Dawn id-definizzjonijiet daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.

PUNTI EWLENIN

Definizzjonijiet:

intrapriża mikro: inqas minn 10 impjegati u b'fatturat annwali (l-ammont ta' flus meħuda f'perjodu partikolari) jew b'karta tal-bilanċ (dikjarazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' kumpanija) taħt iż-€2 miljuni.

intrapriża żgħira: inqas minn 50 impjegat u b'fatturat annwali jew b'karta tal-bilanċ taħt l-€10 miljuni.

intrapriża ta' daqs medju: inqas minn 250 impjegat u b'fatturat annwali taħt il-€50 miljun jew b'karta tal-bilanċ taħt il-€43 miljun.

L-SMEs li jissodisfaw il-kriterji differenti jistgħu jibbenefikaw minn

programmi ta' appoġġ nazzjonali u tal-UE għan-negozji, bħall-finanzjament tar-riċerka, il-kompetittività u l-innovazzjoni, li kieku ma kinux ikunu permessi taħt ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat,

inqas rekwiżiti jew spejjeż imnaqqsa meta jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea regolarment tissorvelja l-impatt prattiku tad-definizzjonijiet. Studju indipendenti ippubblikat f'Settembru 2012 ikkonkluda li ma kienx hemm bżonn li jiġu riveduti l-kriterji, iżda xi kjarifika u gwida tar-regoli eżistenti jistgħu jkunu utli.

Fl-2015, wara evalwazzjoni tal-ewwel gwida għall-utent tad-definizzjoni ta' SME, il-Kummissjoni ppubblikat verżjoni aġġornata.

SFOND

L-SMEs jirrappreżentaw 90% tan-negozji kollha fl-UE. Dawn huma s-sinsla tal-ekonomija tagħha. Dawn jiġġeneraw 2 minn kull 3 impjiegi. Fl-2013, aktar minn 21 miljun SME ipprovdew kważi 90 miljun impjieg madwar l-UE. Huma jistimulaw sens ta' intraprenditorija u innovazzjoni, jgħinu billi jrawmu l-kompetittività Ewropea, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (notifikata taħt in-numru tad-dokument C(2003) 1422) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36–41)

l-aħħar aġġornament 11.01.2016

Top