Help Print this page 
Title and reference
Derivati OTC, kontropartijiet ċentrai u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Derivati OTC, kontropartijiet ċentrai u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Is-soltu, il-prodotti derivati OTC jiġu nnegozjati fuq bażi privata. Għaldaqstant, it-tagħrif ikun aċċessibbi biss għall-partijiet kontraenti, sitwazzjoni li toħloq diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-għamla u l-livell tar-riskji mġarrba. Biex jirbaħ dawn in-nuqqasijiet u biex iżid l-effiċjenza u s-sigurtà tad-derivati OTC, dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti tad-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, b'mod konformi mal-impenni tal-G20 li saru f'Pittsburgh f'Settembru 2009.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u ta-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE).

SOMMARJU

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jirregola ċerti prodotti derivati bħall-kuntratti derivati OTC , u dan, bis-saħħa tat-twaqqif ta' obbigi ta' kumpens u ta' ġestjoni bilaterali tar-riskju. Jirregola wkoll l-obbligi ta' dikjarazzjoni għall-kuntratti derivati kollha, kif ukoll l-obbligi uniformi dwar it-twettiq tal-attivitajiet tal-kontropartijiet ċentrali u tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet .

Ir-Regolament japplika għal:

  • kontropartijiet ċentrali u l-membri tal-ikklerjar tagħhom;
  • kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji;
  • repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
  • ċentri tan-negozjar, f'ċerti każijiet.

Dan ir-Regolament ma jaffettwax:

  • lill-membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ);
  • korpi pubbliċi tal-Unjoni li jiġġestixxu d-dejn pubbliku
  • il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.

Derivati OTC: immaniġġjar tar-riskji

Il-kuntratti tad-derivati tal-OTC li huma xierqa għal ikklirjar ċentrali obbligatorju huma soġġetti għal ikklirjar obbligatorju minn CCP. Sabiex wieħed jevalwa jekk derivati OTC għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu ta' klirjar, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tqis ċerti kriterji bħal:

  • il-grad ta' standardizzazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratti;
  • il-volum u l-likwidità tal-kategorija tad-derivati OTC inkwistjoni;
  • l-eżistenza ta' tagħrif imparzjali, affidabbli u aċċettat dwar it-tiswir tal-prezz.

L-ESMA hija inkarigata milli żżomm reġistru pubbliku li fih taġġorna l-kategoriji tad-derivati OTC, kif ukoll il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, flimkien mad-durata tal-kuntratti derivati.

Iċ-ċentru tan-negozjar irid jipprovdi d-dejta dwar it-tranżazzjonijiet lil kwalunkwe kontroparti ċentrali wara li ssirlu talba.

Il-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji jridu jiżguraw li jkelju, jissorveljaw u jimmitigaw ir-riskju operazzjonali u r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, u dan għandu jsir bis-saħħa ta' proċeduri formalizzati u solidi.

Kontropartijiet ċentrali: rekwiżiti u sorveljanza

Il-kontropartijiet ċentrali huma soġġetti għall-eżiġenzi li ġejjin:

  • awtorizzazzjoni: biex tforni s-servizzi ta' kumpens, kontroparti ċentrali trid tikseb awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li twaqqfet fih. Għandha l-possibilità li testendi l-attivitajiet tagħha għal servizzi oħrajn u jkollha kapital inizjali ta' 7,5 miljun euro.
  • pajjiż terz: kontroparti ċentrali mwaqqfa f'pajjiż terz ma għandhiex il-possibilità li tforni servizzi ta' kumpens lil ċentri tan-negozjar tal-UE, sakemm ma tkunx rikonoxxuta mill-ESMA.
  • organizzazzjoni: kontroparti ċentrali hija meħtieġa tistabbilixxi kumitat tar-riskju msawwar minn rappreżentati u l-membri tal-ikklerjar tagħha, amministraturi indipendenti u rappreżentanti tal-klijenti. Dan il-kumitat huwa inkarigat li jikkonsulta mal-Bord tad-Diretturi dwar kull miżura li tista' tħalli effett fuq l-immaniġġjar tar-riskji tal-kontroparti ċentrali.
  • żamma tat-tagħrif: kontroparti ċentrali hija meħtieġa żżomm it-tagħrif kollu dwar il-kuntratti li daħlet fihom tul tal-inqas l-aħħar għaxar snin.
  • kejl u evalwazzjoni: kontroparti ċentrali għandha l-possibilità li tkejjel u tevalwa f'ħin reali l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha fir-rigward ta' kull membru tal-ikklerjar, kif ukoll fir-rigward ta' kontroparti ċentrali oħra li magħha kkonkludiet arranġament tal-interoperabilità.
  • marġini, telf u fondi tal-inadempjenza: kontroparti ċentrali timponi, issejjaħ u tiġbor marġini mill-membri tal-ikklerjar tagħha bil-għan li tillimita l-iskoperturi tal-kreditu tagħha. Dawn il-marġini jridu jkunu biżżejjed sabiex ikopru t-telf li jirriżulta minn tal-inqas 99 % tal-varjazzjoni tal-iskoperturi f'durata xierqa. Irid jitwaqqaf fond tal-inadempjenza prefinanzjat sabiex jiġi kopert it-telf li jaqbeż dan il-livell limitu.

Arranġamenti tal-interoperabilità

Wara l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, il-kontropartijiet ċentrali li jikkonkudu arranġament tal-interoperabilità jridu:

  • jidentifikaw, jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji li joħorġu mill-arranġament;
  • jilħqu ftehim fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom;
  • jidentifikaw, jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji tal-kreditu u tal-likwidità;
  • jidentifikaw, jissorveljaw u jikkontrollaw l-interdipendenzi li joħorġu mill-arranġament.

Repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom il-personalità ġuridika stabbilita fl-UE u huma meħtieġa jirreġistraw mal-ESMA. Irid ikollhom dispożizzjonijiet solidi ta' governanza, struttura organizzazzjonali ċara, bi tqassim tar-responsabilitajiet iddefinit sew.

Obbligu ta' rapportar

Rekwiżit għar-rapportar ta' dejta uniformi dwar id-derivati huwa stabbilit fuq livell tal-UE. Il-kontrapartijiet kollha u s-CCPs kollha għandhom jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati tal-OTC lil repożitorji kummerċjali. Dawn id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux aktar tard mill-jum ta' xogħol ta' wara l-konklużjoni, modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt.

Skambju ta' informazzjoni

Fl-interessi tat-trasparenza tas-suq tal-OTC, l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u awtoritajiet relevanti oħrajn huma permessi jaċċessaw l-informazzjoni miżmuma minn repożitorji kummerċjali.

Għal aktar informazzjoni: Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Perjodu ta' traspożizzjoni

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 648/2012

16.8.2012

-

ĠU L 201 tas-27.7.2012

Att(i) Emendatorji/Supplimentattivi

Dħul fis-seħħ

Skadenza għat-traspożizzjoni

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 153/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat-23.2.2013

Regolament (UE) Nru 575/2013

28.6.2013.Applikazzjoni minn 1.1.2014, bl-eċċezzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet.

-

ĠU L 176 tas-27.6.2013

Regolament (UE) Nru 149/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat-23.2.2013

Regolament (UE) Nru 150/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat-23.2.2013

Regolament (UE) Nru 151/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat- 23.2.2013

Regolament (UE) Nru 152/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat- 23.2.2013

Regolament (UE) Nru 153/2013

15.3.2013

-

ĠU L 52 tat- 23.2.2013

Regolament (UE) Nru 876/2013

3.10.2013

-

ĠU L 244 tat- 13.9.2013

Regolament (UE) Nru 1002/2013

8.11.2013

-

ĠU L 279 tad- 19.10.2013

Regolament (UE) Nru 1003/2013

22.10.2013

-

ĠU L 279 tad- 19.10.2013

L-aħħar aġġornament: 12.03.2014

Top