Help Print this page 
Title and reference
Prodotti tessili: ismijiet ta’ fibri tat-tessut u tikkettar

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Prodotti tessili: ismijiet ta’ fibri tat-tessut u tikkettar

Biex tiżgura li l-klijenti jiġu infurmati sew u li s-suq tal-ħwejjeġ u t-tessuti tagħha jaħdem sew, l-Unjoni Ewropea (UE) għandha liġi dwar l-ismijiet tal-fibri u t-tikkettar u l-immarkar tal-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessuti.

ATT

Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

SOMMARJU

Biex tiżgura li l-klijenti jiġu infurmati sew u li s-suq tal-ħwejjeġ u t-tessuti tagħha jaħdem sew, l-Unjoni Ewropea (UE) għandha liġi dwar l-ismijiet tal-fibri u t-tikkettar u l-immarkar tal-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessuti.

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli dwar:

ismijiet ta’ fibri tessili fir-rigward tad-definizzjoni u l-użu tagħhom meta tiġi indikata l-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti tessili;

it-tikkettar ta’ prodotti tessili li fihom partijiet mhux tessili li joriġinaw mill-annimali;

metodi ta’ analiżi biex tiġi ċċekkjata l-informazzjoni indikata fit-tikketti jew il-marki.

PUNTI EWLENIN

Il-liġi tkopri:

prodotti esklussivament komposti minn fibri tessili u

prodotti ttrattati bl-istess mod bħall-prodotti tessili, pereżempju prodotti li fihom tal-anqas 80 % mill-piż ta’ fibri tessili.

Esklużjoni: prodotti kkuntratti lil persuni li jaħdmu d-dar, lil kumpaniji indipendenti jew ħajjata li jaħdmu għal rashom.

Ismijiet tal-fibri

Id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibra ta’ prodotti tessili għandha tuża fibri tessili elenkati fl-Anness I tar-Regolament.

Il-manifatturi jistgħu japplikaw mal-Kummissjoni Ewropea biex jinkludu isem ta’ fibra ġdida fl-Anness I għar-Regolament. Għandhom jissottomettu fajl tekniku mfassal skont l-Anness II li jelenka r-rekwiżiti minimi.

Indikazzjoni tal-kompożizzjoni

L-użu ta’ termini “100 %”, “puri” jew “kollha” huwa limitat għal prodotti tessili magħmulin minn fibra tessili waħda.

It-terminu “suf verġni” (2u t-termini elenkati fl-Anness III) jista’ jintuża fuq tikketti biss meta l-prodott ikun magħmul esklussivament minn fibra tas-suf li ma ġietx inkorporata qabel fi prodott lest, u li ma kienet soġġetta għal ebda insiġ.

Prodotti magħmulin minn diversi fibri għandhom jiġu ttikkettati bl-isem u l-perċentwal skont il-piż tal-fibri kostitwenti kollha, f’ordni dixxendenti.

Il-preżenza ta’ partijiet mhux tessili li joriġinaw mill-annimali (pereżempju, ċinga tal-ġilda fuq borża magħmula mid-drapp) fi prodotti tessili għandha tiġi indikata bil-frażi “Tinkludi partijiet mhux magħmulin minn tessuti li joriġinaw mill-annimali”.

Tikkettar u mmarkar ta’ prodotti tessili

Jekk għandhom jinbiegħu lill-konsumatur, għandhom jiġu ttikkettati u mmarkati b’mod durabbli, leġibbli, viżibbli u aċċessibbli, biex tiġi indikata l-kompożizzjoni tal-fibra tagħhom. It-tikkettar jew l-immarkar huma responsabbiltà ta’ dawk li jbiegħu l-prodotti.

Għal prodotti li jikkonsistu minn 2 komponenti tessili jew aktar li ma għandhomx l-istess kompożizzjoni ta’ fibra, għandu jidher kull komponent ta’ fibra.

It-tikkettar għandu jiġi offrut fil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn jinbiegħ il-prodott.

It-tikkettar mhuwiex meħtieġ għall-prodotti elenkati fl-Anness V.

Sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq tal-UE għandhom jiċċekkjaw il-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessuti, skont il-metodi fl-Anness VIII.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mis-7 ta’ Novembru 2011.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web tat-Tessuti u l-ħwejjeġ tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011

7.11.2011

-

ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1-64

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur purament dokumentarju.

L-aħħar aġġornament: 23.04.2015

Top