Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

KUMM(2011) 311 finali — Viżjoni strateġika għal standards Ewropej

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012

SOMMARJU

INTRODUZZJONI

Il-komunikazzjoni tenfasizza l-importanza tal-istandards* għall-ekonomija u għas-soċjetà tal-Ewropa.

Hija tirrappreżenta strateġija biex taċċellera, tissimplifika u timmodernizza proċessi ta’ standardizzazzjoni Ewropej biex ikunu jistgħu jaddattaw għall-pajsaġġ globali li qed jinbidel b’rata mgħaġġla u għall-ambjent ekonomiku.

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jirregola kif il-proċess tal-istabbiliment tal-istandards u kif l-organizzazzjonijiet varji involuti f’dan il-proċess (kemm fuq livell tal-UE kif ukoll fuq il-livell nazzjonali) jaħdmu flimkien.

PUNTI EWLENIN

L-istandards Ewropej għandhom:

jappoġġjaw politika industrijali u innovazzjoni, b'mod speċjali prodotti u servizzi ġodda.

jindirizzaw sfidi ewlenin tas-soċjetà, bħat-tibdil fil-klima u l-ħolqien tas-suq mal-Ewropa kollha għall-prodotti tas-sigurtà.

jinvolvu lill-partijiet interessati potenzjali kollha, b'mod partikolari SMEs u rappreżentanti tal-pubbliku, fil-proċess tal-istabbiliment.

għandhom irwol aktar importanti fl-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi.

jiżguraw interoperabiltà bejn apparati tat-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni differenti, repożitorji tad-dejta, servizzi u netwerks.

iżidu l-kompetittività globali tal-UE billi jservu bħala l-bażi tan-normi internazzjonali.

Il-viżjoni strateġika tippreżenta 29 mod leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv li bihom jistgħu jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, adottat f’Ottubru 2012, jibni fuq il-viżjoni strateġika. Huwa jintroduċi proċeduri sabiex iħaffu l-adozzjoni tal-istandards Ewropej u obbligu fuq il-Kummissjoni Ewropea biex tidentifika prijortiajiet strateġiċi għall-istandardizzazzjoni għas-snin li ġejjin.

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2014, il-mexxejja tal-UE irrikonoxxew fil-konklużjonijiet tagħhom, l-irwol importanti li l-istandards jista' jkollhom fit-tisħiħ tal-kompettività globali tal-industrija Ewropea. Huma talbu li jiġu introdotti miżuri għall-promozzjoni ta' standards u regolamenti Ewropej u internazzjonali.

F’Mejju 2015, il-Kummissjoni ppubblikat rapport finali ta’ riċensjoni indipendenti tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Standard: dokument volontarju li jiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi jew ta’ kwalità għall-prodotti, proċessi u servizzi.

SFOND

Standards użati biex ikunu prinċipalment ristretti għall-prodotti. Dejjem aktar qed jintużaw għall-proċessi u metodi tal-produzzjoni li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Għandhom rwol kruċjali f’oqsma li jvarjaw minn appoġġ għall-kompettività Ewropea biex jipproteġu lill-konsumaturi u jtejbu l-aċċessibiltà għall-persuni b’diżabbiltà u anzjani.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali - Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: Nimxu 'l quddiem biex intejbu u nħaffu t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2020 (KUMM(2011) 311 finali tal-1.6.2011)

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12–33 L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

Kunsill Ewropew 20/21 ta' Marzu 2014 Konklużjonijiet

Reviżjoni Indipendenti tas-Sistema Ewropea ta’ Standardizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea, 20 ta' Mejju 2015.

l-aħħar aġġornament 02.12.2015

Top