Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Sistemi tas-soppressjoni tat-titjir għall-vetturi bil-mutur

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Sistemi tas-soppressjoni tat-titjir għall-vetturi bil-mutur

Ir-Regolament (UE) Nru 109/2011 - sistemi tas-soppressjoni tat-titjir

ATT

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 tas- 27 ta' Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi tas-soppressjoni tat-titjir* għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur. Huwa jimplimenta r-Regolament 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur.

PUNTI EWLENIN

Kategoriji ta’ vetturi bil-mutur

Ir-Regolament japplika għall-kategoriji N u O, li jikkonsistu f’vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija għat-trasportazzjoni tal-merkanzija, li jkollhom mill-inqas erba’ roti, kif ukoll għat-trejlers.

Rekwiżiti tas-sistema tas-soppressjoni tat-titjir

Ġeneralment, l-apparat tas-soppressjoni tat-titjir jinstab ’il fuq mir-roti tal-vettura u jista’ jinkludi madgard*, valances ta’ barra* u parakwi tax-xita*.

L-apparat għandu jkun jista’ jitħaddem kif suppost meta jintuża b’mod normali fuq toroq imxarrbin. It-tipi ta’ apparat li ġejjin huma rikonoxxuti:

apparat tat-tip li jassorbi l-enerġija

apparat tat-tip li jifred l-arja/ilma.

Approvazzjoni tat-tip

Kemm il-manifattur tal-apparat, kif ukoll il-manifattur tal-vettura huma mitluba li jissottomettu applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Din l-applikazzjoni għandha tinkludi ċerta informazzjoni, speċifikament:

l-għamla u t-tip tal-apparat jew tal-vettura;

in-numru tal-fusien u tar-roti tal-vettura;

id-deskrizzjoni tas-sistema tas-soppressjoni tat-titjir u l-partijiet kostitwenti.

Il-manifattur tal-apparat tas-soppressjoni tat-titjir huwa mitlub li jipprovdi dokumenti amministrattivi b’rabta mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għas-sistemi tas-soppressjoni tat-titjir bħala unità teknika separata.

Il-manifattur tal-vettura huwa mitlub li jipprovdi dokumenti amministrattivi b’rabta ma’

l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparat tas-soppressjoni tat-titjir,

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat imwaħħal.

Jekk l-awtorità kompetenti tkun tal-fehma li l-apparat jew il-vettura jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw is-sistemi tas-soppressjoni tat-titjir, hija għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE.

TERMINI EWLENIN

* Sistema tas-soppressjoni tat-titjir: sistema li tnaqqas it-titjir tat-triq permezz ta’ madgards, valances u parakwi tax-xita (ara taħt).

* Approvazzjoni tat-tip: Tindika li saru testijiet sabiex jiġi żgurat li ġew issodisfati r-rekwiżiti regolatorji, tekniċi u tas-sikurezza rilevanti.

* Madgard: parti riġida ta’ vettura li twaqqaf it-titjir tat-triq mit-tajer milli jintrema fl-arja.

* Valance: dan il-komponent, li normalment ikun imwaħħal mal-bamper ta’ wara, iwaqqaf ix-xita u t-tajn milli jittajru fuq karozzi oħrajn u dawk li jkunu mexjin fil-qrib.

* Parakwa tax-xita: komponent flessibbli li jkun immuntat vertikalment wara r-rota li jnaqqas it-titjir minn triq imxarrba.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 109/2011

1.3.2011

-

ĠU L 34, 9.2.2011, p. 2-28

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) 2015/166

24.2.2015

-

ĠU L 28, 4.2.2015, p. 3-39

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1-24)

l-aħħar aġġornament 24.09.2015

Top