Help Print this page 
Title and reference
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li hija bbażata f’Pariġi, inħolqot fl-2010 bl-iskop li tissalvagwardja l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Ewropej u tindirizza n-nuqqasijiet fis-superviżjoni finanzjarja Ewropea.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li hija bbażata f’Pariġi, inħolqot fl-2010 bl-iskop li tissalvagwardja l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Ewropej u tindirizza n-nuqqasijiet fis-superviżjoni finanzjarja Ewropea.

X'JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa joħloq l-ESMA, li hija Awtorità Ewropea li ssaħħaħ il-koordinazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali tas-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE fil-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

L-applikazzjoni konsistenti tal-liġi

L-ESMA tfassal standards regolatorji u tekniċi bbażati fuq il-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE. Hija għandha wkoll is-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea.

Il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-attivitajiet finanzjarji

L-ESMA tippromwovi t-trasparenza, is-sempliċità u l-ġustizzja fis-swieq sabiex tipproteġi lill-konsumaturi tal-prodotti finanzjarji. Fost il-kompiti tagħha, hija timmonitorja l-attivitajiet finanzjarji u tanalizza x-xejriet tal-konsumaturi. Taħt ċerti kundizzjonijiet stretti, hija tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament l-attivitajiet finanzjarji li jikkawżaw theddida għall-istabbiltà tas-swieq.

Il-ksur tal-liġi

L-ESMA tista’ tinvestiga ksur tal-liġi minn awtorità nazzjonali. Dan iseħħ meta tal-aħħar tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-suq finanzjarju huwa konformi mal-liġi Ewropea.

Fi żmien xahrejn, l-ESMA tista’ toħroġ rakkomandazzjoni li titlob lill-awtorità nazzjonali sabiex tieħu l-azzjoni neċessarja bil-għan li tikkonforma mal-liġi Ewropea. Imbagħad, il-Kummissjoni Ewropea tista’ toħroġ opinjoni formali. Jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-awtorità nazzjonali jippersisti, l-ESMA tista’ tindirizza direttament deċiżjoni lil parteċipant fis-suq finanzjarju taħt ċerti kundizzjonijiet stretti. Din id-deċiżjoni tipprevali fuq id-deċiżjonijiet preċedenti meħuda mill-awtorità nazzjonali.

Is-superviżjoni finanzjarja Ewropea

L-ESMA hija parti mis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja li nħolqot fl-2010 u li tikkomprendi 3 organizzazzjonijiet superviżorji oħrajn:

L-Awtorità Bankarja Ewropea bbażata f’Londra.

Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku bbażat fi Frankfurt.

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010

16.12.2010

-

ĠU L 331 tal-15.12.2010, p. 84-119

Att(i) emendatorji

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2011/61/UE

21.7.2011

22.7.2013

ĠU L 174 tal-1.7.2011, p. 1-73

Direttiva 2014/51/UE

23.5.2014

31.3.2015

ĠU L 153 tat-22.5.2014, p. 1-61

Regulation (UE) Nru 258/2014

9.4.2014

-

ĠU L 105 tat-8.4.2014, p. 1-8

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331 tal-15.12.2010, p. 162-164).

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331 tal-15.12.2010, p. 120-161).

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174 tal-1.7.2011, p. 1-73).

Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 153 tat-22.5.2014, p. 1-61).

L-aħħar aġġornament: 16.04.2015

Top