EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1003/2010 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli dwar l-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom.
  • L-għan huwa li r-rekwiżiti attwali jiġu adattati għall-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.
  • Ir-Regolament (UE) 2015/166 jemenda l-Anness II tar-Regolament dwar ir-rekwiżiti għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara u l-proċeduri ta’ ttestjar relatati.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom dwar l-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara. Dan jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur u trejlers.

Rekwiżiti għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’reġistrazzjoni fuq wara.

L-ispazju ta’ pjanċa ta’ reġistrazzjoni fuq wara għandu jinkludi wiċċ lixx jew li jidhewr rettangulari lixx li għandu jkun jew:

  • wiesa’ 520 millimetru u għoli 120 millimetru; jew
  • wiesa’ 340 millimetru u għoli 240 millimetru.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2015/166 jiċċara r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-iffissar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni fuq wara:

  • il-pjanċa għandha tkun perpendikulari (+/- 5°) għall-pjan lonġitudinali tal-vettura;
  • l-għoli tat-tarf t’isfel tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art m’għandux ikun anqas minn 0.30 m.
  • il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu;
  • ir-regoli speċifiċi dwar il-viżibilità tal-pjanċa jiddependu fuq l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa — sew jekk huwa iktar minn jew inqas minn 1.20 m mill-wiċċ tal-art.

Ir-regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri tal-ittestjar biex isiru verifiki għall-konformità.

Regoli għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE lill-awtorità kompetenti. Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:

  • l-għamla u t-tip tal-vettura;
  • il-firxa tad-dimensjonijiet għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara;
  • l-għoli tat-truf mill-wiċċ tat-triq.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni fuq wara, hija għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip b’konformità mad-Direttiva 2007/46/KE.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mid-29 ta’ Novembru 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, p. 22-30)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1003/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, pp. 1-24)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1-160)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 30.04.2019

Top