Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-immaniġġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-immaniġġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2010) 579 finali) — Qafas tal-UE għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet fis-Settur Finanzjarju

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tistabbilixxi l-passi li għandhom jittieħdu biex l-Unjoni Ewropea (UE) tkun mgħammra b’sett ta’ regoli għall-immaniġġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’applikazzjoni

Is-sett ta’ regoli għall-immaniġġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju jikkonċerna:

  • l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha;
  • ċerti ditti tal-investiment, b’mod aktar partikolari dawk li l-falliment tagħhom jista’ jqiegħed is-sistema finanzjarja f’riskju.

Objettivi

L-għan ta’ dawn ir-regoli huwa li jiżguraw li s-sistema finanzjarja hija stabbli, anki fil-każ ta’ falliment ta’ negozju, u li:

  • iħeġġu l-prevenzjoni u t-tħejjija sabiex jitnaqqsu r-riskji fis-sistema finanzjarja;
  • iħejju għodod kredibbli ta’ riżoluzzjoni;
  • jimplimentaw mezzi ta’ azzjoni veloċi u effettivi;
  • inaqqsu l-periklu morali billi jiżguraw li l-azzjonisti jikkontribwixxu għall-ispejjeż;
  • jikkontribwixxu għar-riżoluzzjoni bla xkiel ta’ gruppi transkonfinali biex jippreservaw is-suq intern;
  • jiżguraw iċ-ċertezza legali;
  • jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

Oqsma ta’azzjoni

Il-komunikazzjoni identifikat miżuri li għandhom jittieħdu fl-oqsma segwenti:

  • awtoritajiet responsabbli għall-immaniġġar tal-kriżijiet — kull pajjiż tal-UE jrid jaħtar awtorità tar-riżoluzzjoni li tkun indipendenti mis-superviżur;
  • miżuri preparatorji u preventivi — inkluż l-implimentazzjoni ta’ programm superviżorju għal kull istituzzjoni taħt superviżjoni u eżaminazzjonijiet superviżorji fuq il-post;
  • skattaturi — l-intervent bikri għandu jiġi stabbilit fil-każ li bank jew ditta ta’ investiment ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali;
  • intervent bikri — jipprovdi għat-twessigħ u l-kjarifika tas-setgħat tas-superviżuri. Il-banek u n-negozji jkunu obbligati jippreżentaw pjan li jippermetti lill-istituzzjoni tirkupra fil-każ ta’ diffikultajiet finanzjarji;
  • tnaqqis fil-valur tad-dejn — li jippermetti lil istituzzjoni f’diffikultà tkompli l-attivitajiet tagħha jew twaqqafhom sabiex tillimita r-riskji ta’ “kontaġju” ta’ istituzzjonijiet oħra;
  • riżoluzzjoni — riforma tal-leġiżlazzjoni dwar l-insolvenza tal-banek sabiex il-banek li jkunu qed ifallu jkunu jistgħu jibbenefikaw minn proċedimenti għal-likwidazzjoni.

Azzjoni meħuda

  • 1.

    Awtoritajiet superviżorji

Fl-2011 ġew stabbiliti tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej:

It-28 superviżur nazzjonali huma rrappreżentati fit-tliet awtoritajiet superviżorji kollha kemm huma.

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ġie stabbilit biex iwettaq monitoraġġ u jevalwa t-theddid potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżulta minn żviluppi makroekonomiċi u minn żviluppi fi ħdan is-sistema finanzjarja kollha kemm hi.

  • 2.

    Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek

Din id-direttiva (Direttiva 2014/59/UE) daħlet fis-seħħ fil-pajjiżi kollha tal-UE f’Lulju tal-2014. Hija tistabbilixxi għadd ta’ regoli għall-armonizzazzjoni u t-titjib tal-għodod għall-indirizzar tal-kriżijiet bankarji mal-UE kollha, fosthom dawn li ġejjin:

  • il-banek huma meħtieġa jħejju pjanijiet ta’ rkupru biex jegħlbu d-diffikultà finanzjarja;
  • l-awtoritajiet huma mogħtija sett ta’ setgħat biex jintervjenu f’operazzjonijiet tal-banek biex jiġi evitat li dawn ifallu;
  • l-awtoritajiet għandhom ukoll setgħat sabiex jimplimentaw pjanijiet biex jirriżolvu l-banek falluti b’tali mod li jinżammu l-aktar funzjonijiet kritiċi tagħhom u li jiġi evitat li l-kontribwenti jkollhom isalvawhom;
  • Fl-2016 ġie stabbilit Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro; il-fondi nazzjonali separati jibqgħu fis-seħħ għal dawk il-pajjiżi tal-UE barra miż-żona;
  • proċeduri biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali.
  • 3.

    Id-Direttiva dwar l-Iskemi ta’Garanzija tad-Depożiti (SGD)

Din id-direttiva (Direttiva 2014/49/UE) daħlet fis-seħħ fl-2014. Hija ssaħħaħ is-sistema eżistenti ta’ SGD nazzjonali biex tirreaġixxi għad-dgħufijiet żvelati mill-kriżi finanzjarja. L-elementi ewlenin tagħha jinkludu:

  • garanzija universali tad-depożiti sa EUR 100 000;
  • aċċess aktar faċli u mgħaġġel għall-ħlas lura — tnaqqis gradwali fl-iskadenzi tal-ħlas minn 20 jum xogħol għal sebat ijiem xogħol;
  • reġim finanzjarju aktar sod;
  • informazzjoni aħjar għad-depożituri.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ċentrali Ewropew — Qafas tal-UE għall-Immaniġjar tal-Kriżijiet fis-Settur Finanzjarju (COM(2010) 579 finali, 20.10.2010)

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2014/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 149-178)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/49/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 190–348)

l-aħħar aġġornament 07.12.2016

Top