EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Strutturi ta' protezzjoni roll-over ta' tratturi agrikoli jew tal-forestrija

Din id-Direttiva hija verżjoni kkodifikata tad-Direttiva 77/536/KE u tifforma parti mill-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-tratturi agrikoli u tal-forestrija bir-roti sabiex is-suq intern jiġi kkonsolidat.

ATT

Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE).

SOMMARJU

Id-Direttiva tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-kostruzzjoni ta' ċerti tipi ta' tratturi agrikoli jew tal-forestrija fir-rigward ta' strutturi ta' protezzjoni roll-over, skont il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE.

X'tip ta' vettura hija kkonċernata minn din id-Direttiva?

Din id-Direttiva tapplika għal tratturi bil-karatteristiċi li ġejjin:

  • distanza minn mal-art taħt il-fus ta' wara ta' mhux aktar minn 1000 mm;
  • wisa' fiss jew aġġustabbli ta' wieħed mill-fwies tas-sewqan ta' 1150 mm jew aktar;
  • il-possibilità li jitwaħħal apparat ta' tqabbid b'aktar minn punt wieħed għal għodod li jinqalgħu u għal draw bar;
  • massa ta' bejn 1.5 u 6 tunnellati.

It-tratturi kollha kkonċernati għandhom ikunu mgħammra bi struttura ta' protezzjoni roll-over (kabina jew qafas ta' sigurtà). Dawn l-istrutturi jinkludu dawk li huma intenzjonati biex jevitaw jew jillimitaw riskji lix-xufier li jirriżultaw minn qlib tat-trattur matul l-użu. L-istrutturi għandhom jiżguraw spazju mhux ostakolat fihom li jkun kbir biżżejjed biex jipproteġi lix-xufier li l-movimenti tiegħu fis-sit huma limitati.

X'inhuma l-kundizzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KE?

Il-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura tal-protezzjoni għandu japplika għal approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KE sabiex ikun awtorizzat ipoġġi l-vettura fis-suq. Din l-applikazzjoni għal approvazzjoni għandha tkun akkompanjata b'mod partikolari b'disinn, b'ritratt u b'deskrizzjoni tal-istruttura tal-protezzjoni.

Ladarba approvata, l-istruttura ta' protezzjoni għandu jkollha l-marki li ġejjin:

  • il-marka kummerċjali jew l-isem;
  • il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent.

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' vettura li l-istruttura ta' protezzjoni tagħha jkollha l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponent sakemm din tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet meħtieġa.

Id-Direttiva 2009/57/KE tirrevoka d-Direttiva 77/536/KEE u hija, hija stess revokata bir-Regolament (UE) Nru 167/2013 b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2009/57/KE

23.10.2009

-

ĠU L 261 tat-3.10.2009

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014

Top