Help Print this page 
Title and reference
Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

L-Unjoni Ewropea (UE) adottat regoli komuni sabiex tiffaċilita l-attivitajiet tal-kumpaniji ta’ assigurazzjoni madwar il-pajjiżi tal-UE, sabiex tassigura li dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jiffaċċjaw perjodi diffiċli u jipproteġu lid-detenturi tal-poloz.

ATT

Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II).

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) adottat regoli komuni sabiex tiffaċilita l-attivitajiet tal-kumpaniji ta’ assigurazzjoni madwar il-pajjiżi tal-UE, sabiex tassigura li dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jiffaċċjaw perjodi diffiċli u jipproteġu lid-detenturi tal-poloz.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Magħrufa bħala Solvibbilità II, teħtieġ li kumpaniji tal-assigurazzjoni jżommu biżżejjed riżorsi ekonomiċi. Tistipula wkoll regoli maniġerjali u supervżorji.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tkopri assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, assigurazzjoni fuq il-ħajja u kumpaniji ta’ assigurazzjoni mill-ġdid.

Awtorizzazzjoni

Kumpanija ta’ assigurazzjoni tista’ tmexxi l-attivitajiet tagħha wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni minn superviżur fil-pajjiż tagħha. L-awtorizzazzjoni tkun valida madwar l-UE.

Rekwiżiti kapitali

Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iżommu kapital skont il-profili tar-riskju tagħhom sabiex jiggarantixxu li jkollhom riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex jifilħu għal diffikultajiet finanzjarji. Iridu jikkonformaw ma' ħtiġijiet kapitali:

Ir-rekwiżit tal-kapital minimu (MCR - minimum capital requirement): il-livell minimu ta’ kapital skont liema d-detenturi tal-polza jkunu esposti għal livell għoli ta’ riskju.

Ir-Rekwiżit tal-Kapital tas-Solvenza (SCR): il-kapital li għandha bżonn kumpanija tal-assigurazzjoni f’każijiet fejn telfiet sinifikanti jridu jiġu assorbiti. L-ammont tal-kapital huwa kkalkulat billi jitqiesu riskji differenti bħal:

Ir-riskju tas-suq: ir-riskju ta’ telf jew bidla tas-sitwazzjoni finanzjarja li tirriżulta f’ċaqlieq fis-swieq.

Ir-riskju operazzjonali: ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi, personali jew sistemi interni mhux adegwati jew li ma jirnexxux, jew minn avvenimenti esterni.

Jekk kumpanija ma tirrispettax iż-żewġ ammonti ta’ kapital meħtieġa, is-superviżur għandu jieħu azzjoni.

Sistema ta' ġestjoni tar-riskji

Sistema ta’ governanza adegwata

Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu sistema ta’ governanza adegwata u trasparenti b’allokazzjoni ċara tar-responsabbilitajiet. Għandu jkollhom kapaċità amminstrattiva sabiex jiffaċjaw kwistjonijiet differenti inklużi ġestjoni tar-riskji, konformità mal-leġiżlazzjoni, u verifiki interni.

Valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza

Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jagħmlu l-valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza (ORSA) tagħhom stess fuq bażi regolari. Dan jinvolvi l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-solvenza tar-riskju fir-rigward tal-profili tar-riskju tagħhom, kif ukoll il-konformità tagħhom mar-riżorsi finanzjarji meħtieġa.

Superviżjoni

Reviżjoni tas-superviżjoni

Il-leġiżlazzjoni tistipula “Proċess ta’ Reviżjoni tas-Superviżjoni” (SRP) li tippermetti lis-superviżuri illi jirrevedu u jevalwaw il-konformità tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma’ dawn il-regoli. L-għan huwa illi s-superviżuri jingħataw l-għajnuna sabiex jidentifikaw kumpaniji li jistgħu jidħlu f’diffikultajiet. Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom ukoll jiżvelaw l-informazzjoni pubblikament.

Superviżuri ta’ grupp

Kull grupp tal-assigurazzjoni - kumpanija li għandha entitajiet li jipprovdu servizzi f’pajjiż Ewropew wieħed jew aktar - għandu jkollha superviżur tal-grupp li jkollu responsabilitajiet speċifiċi f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ superviżuri nazzjonali involuti.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea Solvibilità II.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/138/KE

6.1.2010

31.10.2012

ĠU L 335 tas-17.12.2009, p. 1-155

Rettifika

-

-

ĠU L 219 tal-25.7.2014, p. 66

Att(i) emendatorji

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2011/89/UE

9.12.2011

10.6.2013

ĠU L 326 tat-8.12.2011, p. 113-141

Direttiva 2012/23/UE

15.9.2012

30.6.2013

ĠU L 249 tal-14.9.2012, p. 1-2

Direttiva 2013/58/UE

19.12.2013

31.3.2015

ĠU L 341 tat-18.12.2013, p. 1-3

Direttiva 2014/51/UE

23.5.2014

31.3.2015

ĠU L 153 tat-22.5.2014, p. 1-61.

Emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2009/138/KE ġew inkorporati mat-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.

ATTI RELATATI

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12 tas-17.1.2015, p. 1-797).

L-aħħar aġġornament: 15.05.2015

Top