Help Print this page 
Title and reference
It-tisħiħ tal-kompetittività globali tal-fondi ta’ investiment tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-tisħiħ tal-kompetittività globali tal-fondi ta’ investiment tal-UE

Id-Direttiva 2009/65 - it-tisħiħ tal-kompetittività globali tal-fondi ta’ investiment tal-UE (UCITS)

ATT

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

SOMMARJU

L-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) huma fondi ta’ investiment* irregolati fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE). Din id-Direttiva tistabbilixxi l-qafas regolatorju ewlieni li jirregola l-UCITS.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli komuni dwar il-fondi ta’ investiment fl-UE, sabiex b’hekk tiffaċilita l-offerta transkonfinali tal-UCITS.

PUNTI EWLENIN

L-għanijiet ewlenin tad-Direttiva huma li:

toffri lill-investituri għażla usa’ ta’ prodotti bi spiża aktar baxxa permezz ta’ suq tal-UCITS aktar effikaċi fl-UE, informazzjoni aħjar għall-investituri u superviżjoni aktar effikaċi tal-fondi;

iżżomm is-settur tal-investiment tal-Ewropa kompetittiv billi taġġusta r-regoli għall-iżviluppi tas-suq.

B’mod partikolari, din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

informazzjoni għall-investituri permezz ta’ dokument standardizzat ta’ informazzjoni sommarja sabiex ikun aktar faċli għall-konsumatur li jifhem il-prodott,

passaport Ewropew ġenwin għall-kumpaniji maniġerjali UCITS, sabiex b’hekk, kumpanija maniġerjali f’pajjiż wieħed tal-UE tkun tista’ timmaniġġja fondi f’pajjiżi oħrajn tal-UE,

il-kummerċjalizzazzjoni ta’ UCITS f’pajjiżi oħrajn, eż. permezz ta’ proċeduri amministrattivi simplifikati,

fużjonijiet ta’ UCITS f’pajjiżi oħrajn,

superviżjoni aktar b’saħħitha ta’ UCITS u tal-kumpaniji li jimmaniġġjawhom, pereżempju, permezz ta’ kooperazzjoni mtejba bejn is-superviżuri nazzjonali tas-servizzi finanzjarji.

Id-Direttiva 2009/65 hija r-raba’ verżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-UCITS, li ħadet post id-Direttiva 85/611/KEE dwar l-UCITS.

Id-Direttiva 2009/65 ġiet emendata mid-Direttiva 2014/91/UE (UCITS V), li introduċiet regoli ġodda dwar id-depożitarji ta’ UCITS (l-entità li żżomm l-assi), pereżempju, l-entitajiet eliġibbli sabiex jassumu dan ir-rwol, il-kompiti tagħhom, l-arranġamenti ta’ delega u r-responsabbiltà tad-depożitarji.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mis-7 ta’ Diċembru 2009.

Għal aktar tagħrif, ara:

TERMINI EWLENIN

*Fondi ta’ investiment: prodotti ta’ investiment maħluqa bl-iskop waħdieni li jiġbru flimkien il-kapital tal-investituri u jinvestu dak il-kapital b’mod kollettiv permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal stokks, bonds u titoli oħrajn.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2009/65/KE

7.12.2009

30.6.2011

ĠU L 302 tas-17.11.2009, p. 32-96

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2010/78/UE

4.1.2011

31.12.2011

ĠU L 331 tal-15.12.2010, p. 120-161

Id-Direttiva 2011/61/UE

21.7.2011

22.7.2013

ĠU L 174 tal-1.7.2011, p. 1-73

Id-Direttiva 2013/14/UE

20.06.2013

21.12.2014

ĠU L 145 tal-31.5.2013, p. 1-3

Id-Direttiva 2014/91/UE

17.9.2014

18.3.2016

ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186-213

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2009/65/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija għal skop ta’ referenza biss.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 1-15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti (ĠU 176, 10.7.2010, p. 16-27)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 42-61)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/42/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 28-41)

l-aħħar aġġornament 15.09.2015

Top