Help Print this page 
Title and reference
Emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI): regoli taċ-ċertifikazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI): regoli taċ-ċertifikazzjoni

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi Ewropej għall-ġlieda kontra emissjonijiet li jniġġsu u fuq il-kwalità tal-arja. Jistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi heavy duty u l-magni tagħhom fir-rigward tal-emissjonijiet u jissupplimenta leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità ta' vetturi b'magna.

ATT

Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE).

SOMMARJU

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-qafas legali għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'magna, magni u l-partijiet ta' sostituzzjoni għal vetturi heavy duty fir-rigward tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tagħhom. Jistabbilixxi wkoll regoli dwar:

  • il-konformità waqt it-tħaddim ta' vetturi u magni;
  • id-durabilità ta' apparat ta' kontroll tat-tniġġis;
  • sistemi dijanjostiċi abbord (OBD);
  • aċċessibilità ta' OBD tal-vetturi u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura;
  • il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2.

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi b'magna ta' kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza ta' aktar minn 2 610 kg u għall-vetturi b'magna kollha tal-kategorija M3 u N3 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Obbligi tal-manifatturi

Il-manifatturi għandhom ikunu kapaċi juru li l-vetturi ġodda kollha, magni jew spare parts mibjugħin, reġistrati jew imħaddma fi ħdan il-Komunità jkunu ġew approvati għat-tip tal-KE skont dan ir-Regolament.

Il-manifatturi għandhom jimplimentaw ukoll miżuri tekniċi sabiex jiggarantixxu limitazzjoni effettiva ta' emissjonijiet mill-pajp tas-silencer tul il-ħajja normali tal-vetturi taħt kundizzjonijiet ta' użu normali.

Rekwiżiti u testijiet

Il-manifatturi għandhom jgħammru l-vetturi jew il-magni tagħhom b'komponenti li jiżguraw il-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet stabbilti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament taħt kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-Regolament u fl-atti implimentattivi.

Aċċess għall-informazzjoni

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jiggarantixxu lil operaturi indipendenti l-aċċess għal informazzjoni fuq sistemidijanjostiċi abbord (OBD), u fuq apparat dijanjostiku, għodda jew software. Barra minn hekk, il-manifatturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sikura u remota sabiex dawk li jsewwu u li huma indipendenti jkunu jistgħu jwettqu operazjonijiet li jinvolvu l-aċċess għas-sistema tas-sigurtà tal-vettura.

L-informazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi, jew, jekk dan mhux fattibbli, f’format xieraq ieħor.

Skeda ta' żmien

L-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni ta’ tip Komunitarju jew nazzjonali għal vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament sa mill-31 ta’ Diċembru 2012. Għandhom ukoll jipprojbixxu reġistrazzjoni ta’ vetturi li ma’ jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament sa mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Inċentivi finanzjarji

Stati Membri jistgħu jagħtu inċenetivi finanzjarji għax-xiri ta’ vetturi b'mutur prodotti f’serje li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2013. Miżuri ta’ twaħħil wara jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll jew għal karozzi f’użu jew għall-iskrappjar.

L-ammont tal-inċentivi finanzjarji għandu jkun daqs l-ispiża addizjonali tal-miżuri tekniċi introdotti sabiex tkun żgurata l-konformità tal-vettura mal-limiti ta’ emissjoni.

Dan ir-Regolament irrevoka d-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE b’effett mill-31 t’ Diċembru 2013.

Kuntest

Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Ambjent tal-Komunità jenfasizza l-ħtieġa għat-tnaqqis tat-tniġġiż tal-arja. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni fit-termini tal-kwalità tal-arja billi jistabilixxi sistema lil tisforza lill-industrija tal-awtomobiliżmu illi tillimita l-emissjonijiet tal-vetturi li tipproduċi.

REFERENZA

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188 tat-18.7.2009

Att(i) li Jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (UE) 582/2011

15.7.2011

-

Ġurnal Uffiċjali L 167 tal-25.6.2011)

Ir-Regolament (UE) Nru 133/2014

10.3.2014

-

Ġurnal Uffiċjali L 47 tat-18.2.2014

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2014 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) [Ġurnal Uffiċjali L 43 tat-13.2.2014].

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq. [COM(2014) 28 finali tal-31.1.2014 - mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali].

Fil-kuntest tal-kwalità tal-arja tal-UE u l-Aġenda ta' Regolamentazzjoni Aħjar, din il-proposta tintroduċi numru ta’ emendi li, fost affarijiet oħrajn, tfittex li tissimplifika s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip għall-manifatturi u tintroduċi limiti ġodda għall-emissjonijiet ta’ NO2.

L-aħħar aġġornament: 29.04.2014

Top