Help Print this page 
Title and reference
Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni

Dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni. Dan il-fond jipproteġi l-baġit tal-UE kontra r-riskji baġitarji relatati ma' self, u garanziji li jkopri self, mogħti lil pajjiżi mhux tal-UE jew għal proġetti mwettqa f'dawk il-pajjiżi. L-għan tiegħu huwa li jipproteġi l-approprijazzjonijiet baġitarji tal-Ewropa u li jikkontribwixxi għall-konformità mad-dixxiplina baġitarja.

ATT

Regolament (KE, Euratom) Nru. 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kodifikata).

SOMMARJU

Bħala riżultat tas-self tagħha lejn pajjiżi terzi u garanziji li jkopru self għal finanzjament ta' operazzjonijiet ta' investiment f'dawn il-pajjiżi, l-Unjoni Ewropea (UE) hija esposta għal riskji finanzjarji konsiderevoli. Kien bl-għan li tipproteġi kontra riskji bħal dawn li l-UE adottat dan ir-Regolament li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni.

Dan ir-Regolament jiddeskrivi kif jaħdem il-Fond u jistabbilixxi l-proċedura għall-għoti tal-Fondi u r-regoli għall-ġestjoni tiegħu. L-għan prinċipali tal-Fond huwa li jipproteġi l-approprijazzjonijiet baġitarji tal-Ewropa u li jikkontribwixxi għall-konformità mad-dixxiplina baġitarja.

Missjoni

Il-missjoni tal-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni hija li tħallas lill-kredituri tal-UE fil-każ li l-benefiċjarju jonqos fir-rigward ta':

  • self mogħti jew iggarantit mill-UE;
  • self iggarantit mogħti mill-Bank Ewropew ta' Investiment (EIB) li għalih, l-UE taġixxi bħala garanti.

Barra minn hekk, il-Fond ta' Garanzija jista' jkopri biss self u garanziji mwettqa għall-benefiċċju ta' pajjiż terz jew għall-għanijiet ta' proġetti ta' finanzjament f'pajjiż terz.

Attribuzzjonijiet amministrattivi u finanzjarji

Il-Kummissjoni tafda l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-BEI taħt mandat mill-UE. Il-Fond ta' Garanzija huwa mogħni bi:

  • pagament annwali mill-baġit tal-UE (jekk hemm bżonn);
  • imgħax fuq ir-riżorsi tal-Fond investiti;
  • ammonti rkuprati minn debituri li naqsu milli jħallsu.

Ammont fil-mira u trasferiment annwali

L-ammont fil-mira jirreferi għall-ammont ta' riżorsi meħtieġa mill-Fond sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu. L-ammont fil-mira tal-Fond huwa stabbilit għal 9% tal-passivi kapitali pendenti totali tal-UE li jirriżultaw minn kull operazzjoni ta' self jew garanzija, miżjud bl-imgħax mhux imħallas dovut. It-trasferiment annwali mill-baġit tal-UE għall-Fond huwa kkalkolat bl-applikazzjoni tal-ammont fil-mira għall-ammont pendenti tas-self mogħtija u ggarantiti. Id-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur attwali tal-assi tal-Fondi titħallas mill-baġit ġenerali tal-UE fil-Fond, jew lill-baġit fil-każ ta' surplus li jirriżulta fil-Fond.

L-ammont ta' allokazzjoni huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena finanzjarja n fuq il-bażi tas-self mogħti u ggarantit matul is-sena finanzjarja preċedenti (n-1). L-ammont ikkalkolat b'dan il-mod jiddaħħal fil-baġit tas-sena n + 1. Għaldaqstant hemm dewmien ta' madwar sentejn bejn iż-żmien meta l-ammonti jsiru pendenti u l-allokazzjoni attwali tal-Fond.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Regolament (KE, Euratom) Nru. 480/2009

30.6.2009

-

ĠU L 145 tal-10.6.2009

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rapport Komprensiv dwar il-Funzjonament tal-Fond ta' Garanzija [ COM(2014) 214 final tat-8.4.2014 - mhux ippubblikat f'Il-ĠurnalUffiċjali].

Dan ir-rapport jikkonkludi li l-mekkaniżmu ta' allokazzjoni attwali jkompli jwassal dak li huwa mfassal li jagħmel. Għall-maġġor parti, il-Fond jissejjaħ biss biex jikkumpensa għall-ammont ta' pagament li nqabeż (imgħax u/jew kapital) f'data partikolari li jfisser li l-ammont sħiħ ta' pagamenti futuri dovuti jaffettwa l-Fond biss maż-żmien hekk kif dawn il-pagamenti jsiru dovuti.

Minħabba li teoretikament, wara pagament maqbuż, il-kreditur ta' self jista' jitlob il-pagamenti kollha futuri sabiex jissimula stress massimu fuq il-Fond, l-analiżi kwantitattiva ssimulat ukoll xenarju li fih pagamenti maqbużin jazzjonaw aċċellerazzjoni tal-pagamenti dovuti futuri kollha.

Analiżi kwantitattiva tar-riskju kopert mill-Fond u r-rata fil-mira ta' 9% tal-Fond urew li din ir-rata fil-mira, flimkien mal-karatteristiċi ewlenin l-oħrajn tal-Fond huma xierqa. Għaldaqstant, il-Kummisjsoni ma tarax ħtieġa li tibdel ir-rata fil-mira, jew karatteristiċi oħrajn tal-Fond, għalkemm ir-rata fil-mira għandha tiġi riveduta minn żmien għal żmien sabiex jiġi żgurat li din tkompli tkun paragunabbli mal-profil tar-riskju miġrur mill-Fond. Din ir-reviżjoni sejra ssir fiż-żmien tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-hekk imsejjaħ mandat estern tal-BEI, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2016.

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014

Top