Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-tfal fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-tfal fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2008) 55 final) — Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din għandha l-għan li tibni approċċ komprensiv tal-Unjoni Ewropea (UE) lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-pajjiżi mhux tal-UE.
  • L-approċċ huwa bbażat fuq viżjoni olistika u universalment applikabbli tad-drittijiet tat-tfal u huwa parti mill-istrateġiji usa’ tal-UE għall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar.

PUNTI EWLENIN

SFOND

  • It-tfal u ż-żgħażagħ huma ċentrali għall-progress u s-suċċess futuri tas-soċjetajiet L-investiment fit-tfal ifisser investiment fil-futur. Madankollu, 47 % tal-persuni li qed jgħixu f’faqar estrem għandhom 18-il sena jew inqas, u minnhom, ħafna jsofru minn esklużjoni soċjali, vjolenza u abbuż, li jirrestrinġu l-opportunitajiet li wieħed jgħix ħajja sodisfaċenti u jikkontribwixxu għan-nuqqas ta’ stabbilità fis-soċjetà.
  • Din il-komunikazzjoni ssegwi l-komunikazzjoni tal-2006 imsemmija Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tistabbilixxi l-pedamenti għal strateġija fit-tul għall-UE fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal. Din hija marbuta mal-Linji gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-2007, li huma l-bażi għall-azzjoni tal-UE biex tippromwovi d-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE (COM(2008) 55 final, 5.2.2008)

DOKUMENTI RELATATI

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - It-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u kriżi (SEC(2008) 135 final, 5.2.2008)

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni— Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-Azzjoni Esterna (SEC(2008) 136 final, 5.2.2008)

l-aħħar aġġornament 06.12.2016

Top