Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni dwar offiżi terroristiċi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni dwar offiżi terroristiċi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija waħda mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea (UE). Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi proċedura għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni kriminali għal offiżi terroristiċi fost il-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, huwa essenzjali għas-servizzi rilevanti li jkollhom l-informazzjoni kollha u l-aktar aġġornata possibbli. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiġbru informazzjoni dwar investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni kriminali għal offiżi terroristiċi li jaffettwaw żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar, u jittrażmettuha fil-Europol jew fil-Eurojust, kif ikun xieraq.
  • Servizz speċjalizzat magħżul mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiż huwa responsabbli biex jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li tirriżulta minn investigazzjonijiet kriminali għal offiżi terroristiċi għall-Europol, inkluż:
    • l-identità tal-persuna jew tal-grupp;
    • l-atti taħt investigazzjoni u ċ-ċirkostanzi:
    • l-offiża;
    • rabtiet ma' każijiet rilevanti oħrajn;
    • l-użu ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni;
    • it-theddida tal-pussess ta' armi ta' qerda massiva.
  • Mill-inqas awtorità waħda f'kull pajjiż tkun nominata bħala korrispondent nazzjonali tal-Eurojust għal kwistjonijiet terroristiċi u tkun responsabbli biex tibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni terroristiċi lill-Eurojust, inkluż:
    • l-identità tal-persuna jew tal-grupp taħt investigazzjoni kriminali jew soġġett għall-persekuzzjoni;
    • l-offiża kkonċernata u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha;
    • informazzjoni dwar il-kundanni finali ta' offiżi terroristiċi u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dawk l-offiżi;
    • rabtiet ma' każijiet rilevanti oħrajn;
    • talbiet għal assistenza ġudizzjarja lejn u minn pajjiż tal-UE, u kwalunkwe tweġiba.
  • Kull pajjiż tal-UE għandu jiżgura li l-informazzjoni rilevanti minn dokumenti jew evidenza oħra li tinkiseb matul l-investigazzjonijiet jew mill-proċeduri terroristiċi tkun disponibbli malajr kemm jista' jkun għall-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
  • Fejn ikun xieraq, il-pajjiżi għandhom jistabbilixxu timijiet ta' investigazzjoni konġunta sabiex iwettqu l-investigazzjonijiet. It-talbiet minn pajjiżi tal-UE għal assistenza legali u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi għandhom jingħataw l-ogħla prijorità.
  • Id-Deċiżjoni ma għandhiex tipperikola s-sigurtà tal-individwi jew is-suċċess ta' investigazzjoni kontinwa jew operazzjoni speċifika ta' intelliġenza, u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2007/562/KE tirrigwarda l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar il-ħtif mit-terroristi fost il-pajjiżi tal-UE.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din tapplika mit-30 ta’ Settembru 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, pp. 22-24)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2007 rigward il-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi (ĠU L 214, 17.8.2007, pp. 9–12)

l-aħħar aġġornament 18.08.2016

Top