Help Print this page 
Title and reference
Armi ta’ qerda massiva: il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Armi ta’ qerda massiva: il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni

Strateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva

ATT

Strateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva tat-12 ta' Diċembru 2003 (dok. 15708/03 - mhux ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali)

SOMMARJU

Il-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva (WMDs) hija waħda mill-akbar sfidi tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà. Hawnhekk, l-UE tfassal strateġija sabiex tillimita, u tabilħaqq telimina, l-programmi intiżi għall-iżvilupp u l-kunsinna ta’ WMDs fil-pajjiżi madwar id-dinja.

X’TAGĦMEL L-ISTRATEĠIJA?

Hija ddisinjata biex timpedixxi, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi tad-WMD madwar id-dinja. Sa mill-bidu tagħha fl-2003, il-prinċipji bażiċi tal-istrateġija kienu jinkludu:

It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ non-proliferazzjoni internazzjonali u l-ħidma sabiex jittejbu s-sistemi għall-verifika tal-ksur tar-regoli stipulati fit-trattati multilaterali.

Il-promozzjoni ta’ ambjent stabbli fuq livell reġjonali u internazzjonali, permezz tat-tisħiħ tal-programmi li jippromwovu d-diżarm u l-inkorporazzjoni tal-objettiv ta’ non-proliferazzjoni fl-attivitajiet politiċi, diplomatiċi u ekonomiċi kollha tal-UE.

Il-ħidma mill-qrib ma’ msieħba ewlenin bħall-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Russja jew in-NATO u l-għoti ta’ assistenza lil pajjiżi terzi.

PUNTI EWLENIN

Il-Kunsill tal-UE jimmonitorja l-istrateġija kontinwament, billi jirċievi rapporti tal-progress kull 6 xhur.

L-istrateġija hija implimentata permezz ta’ proġetti u attivitajiet bħal:

Appoġġ tal-UE għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja, sett ta’ regoli kontra l-missili ballistiċi (id-Deċiżjoni 2014/913/CFSP)

Appoġġ tal-UE għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa attivitajiet ta’ bijosikurezza/sigurtà (id-Deċiżjoni 2013/668/CFSP).

Fl-2008, l-UE adottat Linji ġodda għal azzjoni dwar il-proliferazzjoni tad-WMD, iddisinjati biex jagħmlu l-istrateġija aktar effettiva permezz ta’, pereżempju, sensibilizzazzjoni fl-istituzzjonijiet xjentifiċi, akkademiċi u finanzjarji u l-iżvilupp ta’ miżuri maħsuba biex jimpedixxu t-trasferiment ta’ għarfien dwar id-WMDs lill-partijiet żbaljati.

SFOND

Miżuri tal-UE għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tad-WMD.

l-aħħar aġġornament 24.09.2015

Top