EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2001/887/ĠAI dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tiżgura li, waqt l-investigazzjonijiet dwar l-iffalsifikar tal-euro, titwettaq analiżi koeżiva u effiċjenti tal-flus issuspettati li ġew iffalsifikati u li l-informazzjoni tiġi kondiviża bejn il-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Bl-għan li tiġi introdotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2002, din id-deċiżjoni ssupplimentat għadd ta’ regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, b’mod partikolari:

Matul l-investigazzjonijiet dwar l-iffalsifikar tal-euro, il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li ċ-ċentri ta’analiżi nazzjonalianaliżi tal-muniti (NACsanaliżi tal-muniti) iwettqu l-analiżi esperta neċessarja tan-noti tal-euro ssuspettati li huma ffalsifikati, filwaqt li ċ-ċentri nazzjonali ta’analiżi tal-muniti (CNACs) iridu jwettqu din l-analiżi fuq muniti ssuspettati li huma ffalsifikati. Il-pajjiżi tal-UE jridu jgħaddu r-riżultati ta’ dawn l-analiżi esperti lill-Europol (l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija).

L-uffiċċji ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE responsabbli għall-investigazzjonijiet dwar l-iffalsifikar tal-euro u reati relatati jridu jibagħtu informazzjoni ċentralizzata dwar l-investigazzjonijiet tagħhom, inkluża informazzjoni rċevuta minn pajjiżi mhux tal-UE, lill-Europol. Mill-inqas trid tintbagħat l-informazzjoni segwenti:

  • id-dettalji tal-persuni involuti;
  • id-deskrizzjoni tar-reati;
  • iċ-ċirkustanzi li fihom ġew skoperti r-reati;
  • il-kuntest tal-qbid;
  • kwalunkwe konnessjoni ma’ każijiet oħrajn.

Sabiex jikkooperaw fl-investigazzjonijiet tagħhom dwar l-iffalsifikar u reati relatati mal-iffalsifikar tal-euro, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE għandhom jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Eurojust.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/37/KE stabbiliet iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew li għandu r-rwol li jħares il-muniti tal-euro mill-iffalsifikar. Biex jagħmel dan, huwa janalizza u jikklassifika l-muniti tal-euro ffalsifikati u jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-14 ta’ Diċembru 2001.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1-2)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar ta’ l-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6-10)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/37/KE tad-29 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u tistipula l-koordinazzjoni ta’ l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta’ l-euro mill-iffalsifikar (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 73-74)

Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1-8)

l-aħħar aġġornament 03.04.2017

Top