Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Sistema għall-protezzjoni kontra l-falsifikar tal-euro

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Sistema għall-protezzjoni kontra l-falsifikar tal-euro

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 - il-protezzjoni kontra l-falsifikar tal-euro

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet sistema biex tipproteġi l-euro kontra l-falsifikazzjoni.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-pajjiżi tal-UE sabiex jiġbru u jiskambjaw informazzjoni dwar noti u muniti foloz bejniethom, mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mal- Kummissjoni Ewropea u ma’ pajjiżi mhux tal-UE, fejn xieraq.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 jestendi l-iskop tar-Regolament sabiex ikopri pajjiżi tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-euro.

Il-karatteristiċi prinċipali tas-sistema għall-protezzjoni tal-euro

it-trasmissjoni sistematika ta’ dejta teknika dwar karti tal-flus u muniti tal-euro foloz mill-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE (prinċipalment il-banek ċentrali nazzjonali) lill-BĊE; il-BĊE mhuwiex responsabbli għall-ħżin u għall-ipproċessar tagħhom;

l-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE għandhom jippermettu liċ-Ċentru tal-Analiżi Nazzjonali tagħhom sabiex jeżamina karti tal-flus u muniti li jkun hemm is-suspett li huma foloz u jippermettu liċ-Ċentru tal-Analiżi Nazzjonali sabiex jeżamina muniti suspettati. Dawn il-korpi għandhom jibagħtu kull tip ġdid ta’ karti tal-flus suspettati lill-BĊE u kull tip ġdid ta’ muniti suspettati liċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew];

istituzzjonijiet ta’ kreditu, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas oħrajn u istituzzjonijiet oħrajn li jipproċessaw u li jqassmu karti tal-flus u muniti lill-pubbliku għandhom ċerti obbligi. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikazzjoni għall-istituzzjonijiet li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom;

kooperazzojni bejn l-awtoritajiet relevanti tal-pajjiżi tal-UE (b’mod partikolari, l-uffiċċji ċentrali nazzjonali stabbiliti skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Falsifikazzjoni tal-Munita), il-BĊE, il-Kummissjoni, u l- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol);

ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni dwar każijiet ta’ falsifikazzjoni tal-euro fuq livell nazzjonali u t-trasmissjoni tagħha lill-Europol;

kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (inkluż l-Interpol).

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jikkomunikaw il-lista tal-awtoritajiet li huma jaħtru bħala kompetenti sabiex jidentifikaw karti tal-flus u muniti lill-Kummissjoni u lill-BĊE.

SFOND

Introdott qabel l-introduzzjoni tal-euro fl-2002, ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ifittex li jipproteġi l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-falsifikazzjoni.

Jikkumplimenta serje ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu qabel:

jistabbilixxi Ċentri ta’ Analiżi Nazzjonali;

dwar il-ġbir ta’ informazzjoni teknika dwar il-falsifikazzjoni tal-euro mill-BĊE u miċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew responsabbli għall-analiżi tal-muniti tal-euro;

jintroduċi sanzjonijiet penali kontra l-falsifikazzjoni tal-euro.

Għal aktar tagħrif, ara:

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar ta' l-euro

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001

4.7.2001

-

ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6-10

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 (jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għal dawk il-pajjiżi li m'adottawx l-euro)

1.1.2002

-

ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11Ara l-verżjoni kkonsolidata

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 44/2009

23.1.2009

-

ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1-3

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2009

09.2.2009

-

ĠU L 17, 22.1.2009, p. 4

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

2001/912/KE: Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2001 dwar ċerti kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' aċċess għas-Sistema ta' Monitorjar ta' Falsifikazzjonijiet (SMF) (BĊE/2001/11) (ĠU L 337, 20.12.2001, p. 49-51)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigwrad ta' muniti foloz ta' l-euro (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44)

2010/597/UE: Deċiżjoni tal-Bank ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1-20)

Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1-5)

2013/211/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/10) (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37-42)

Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020” ) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1-9)

Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1-8)

Ftehim bejn l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (ĠU C 123, 17.4.2015, p. 1-5)

l-aħħar aġġornament 06.10.2015

Top