EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Netwerk Ġudizzjarju Ewropew — materji ċivili u kummerċjali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili)

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

Tistabbilixxi n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni legali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali* bejn il-pajjiżital-UE.

PUNTI EWLENIN

L-NĠE-ċivili huwa struttura informali u flessibbli, li l-għan tiegħu huwa li jissimplifika u jsaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizjarja bejn il-pajjiżi tal-UE. Dan jiffaċilita kuntatt bejn il-qrati nazzjonali differenti permezz ta' netwerk ta' punti ta' kuntatt nazzjonali.

Il-kompiti ewlenin tal-NĠE-ċivili huma li:

  • jiffaċilita kooperazzjoni ġudizjarja f'każijiet transkonfinali eż. li jipprovdi għajnuna bin-notifika ta' dokumenti jew teħid ta' evidenza;
  • jinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar aċċess transkonfinali għall-ġustizzja, primarjament permezz ta' skedi ta' informazzjoni u gwidi taċ-ċittadini dwar liġijiet speċifiċi tal-UE, ippubblikati fuq il-portal e-Justice tal-UE;
  • jivvaluta u jaqsam l-esperjenza fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE sabiex jiġu identifikati d-dgħufijiet u jiġu skoperti mezzi għat-tisħiħ tal-liġi tal-UE.

L-NĠE-ċivili huwa magħmul minn punti ta' kuntatt u minn korpi relevanti speċjalizzati fil-liġi ċivili u kummerċjali tal-UE mill-pajjiżi tal-UE, eż.:

  • korpi ġudizzjarji jew amministrattivi tal-pajjiżi tal-UE responsabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja;
  • assoċjazzjonijiet professjonali ta' avukati direttament involuti fl-applikazzjoni tal-liġi ċivili u kummerċjali tal-UE.

Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-NĠE-ċivili.

Rigward l-organizzazzjoni, l-NĠE-ċivili jwettaq l-attivitajiet tiegħu permezz ta' laqgħat regolari tal-punti ta' kuntatt, prinċiparjament fi Brussell. Is-segretarjat tal-NĠE-ċivili huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea li jikkomunika mal-punti ta' kuntatt fuq ix-xogħol u l-prijoritajiet tan-netwerk.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2002.

SFOND

* TERMINI EWLENIN

Liġi ċivili u kummerċjali: liġijiet li jaffettwaw liċ-ċittadini u lin-negozji, li jeskludu l-liġi kriminali, il-liġi tal-familja, il-falliment u l-liġi tal-wirt.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, pp. 25–31)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2001/470/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament 02.08.2016

Top