Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Protezzjoni temporanja f’każ ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Protezzjoni temporanja f’każ ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2001/55/KE — regoli sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u l-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn il-pajjiżi tal-UE

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

  • Hija tistabbilixxi skema biex tindirizza l-wasliet bil-massa fl-UE ta’ ċittadini barranin li ma jistgħux jerġgħu lura lejn pajjiżhom – b’mod partikolari minħabba l-gwerra, vjolenza jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
  • Hija tistabbilixxi protezzjoni temporanja immedjata għal dawn il-persuni spostati.
  • Tippromwovi bilanċ fl-isforzi bejn il-pajjiżi tal-UE meta jirċievu l-persuni. Iżda ma teħtieġx distribuzzjoni obbligatorja ta’ dawk li qed ifittxu l-asil fil-pajjiżi tal-UE kollha.
  • Id-Danimarkamhix qed tipparteċipa fid-direttiva.

PUNTI EWLENIN

L-implimentazzjoni ta’protezzjoni temporanja

  • Il-protezzjoni temporanja hija implimentata fil-pajjiżi tal-UE kollha minn deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonferma influss bil-massa ta’persuni spostati fl-UE u tiddikjara l-gruppi ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni.
  • It-tul huwa ta’ sena. Tista’ tiġi estiża sa sentejn.
  • Il-protezzjoni tista’tintemm jekk il-Kunsill iqis li huwa sigur għall-persuni li jmorru lura lejn pajjiżhom.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-persuni spostati jkunu jixtiequ jiġu f’pajjiżhom.

Xi persuni jistgħu jkunu esklużi mill-protezzjoni temporanja.

Dawn jinkludu persuni:

  • Suspettati bi:
    • delitti kontra l-paċi*
    • delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità
    • delitti mhux politiċi serji
  • u li qed jaġixxu kontra l-iskopijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti
  • li huma ta’periklu għas-sigurtà fil-pajjiż tal-UE ospitanti.

L-effetti tal-protezzjoni temporanja

Il-pajjiżi tal-UE jridu jagħtu lill-persuni li jingħataw protezzjoni temporanja permess ta’residenza.

Dan huwa validu għat-tul kollu tal-protezzjoni.

Il-persuni li jingħataw protezzjoni temporanja għandhom id-dritt li:

  • kunu impjegati jew jaħdmu għal rashom
  • ikollhom aċċess għall-edukazzjoni tal-adultixogħol, taħriġ vokazzjonixogħol, esperjenza ta’xogħol u
  • akkomodazzjoni xierqa
  • assistenza soċjali u appoġġ finanzjarju u kura medika.

It-tfal taħt it-18 se jkollhom ukoll id-dritt jidħlu fl-edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż tal-UE ospitanti.

Jekk xi membri tal-istess familja jkunu ngħataw protezzjoni temporanja f’pajjiżi tal-UE differenti, jew jekk xi membri tal-familja jkunu għadhom mhumiex fl-UE, irid ikollhom id-dritt li jerġgħu jingħaqdu flimkien fl-istess pajjiż tal-UE.

Dawn ir-regoli huma b’konformità mar-regoli tal-UE dwar l-ilqugħ ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fid-Direttiva 2013/33/UE.

Applikazzjonijiet għall-asil

Il-persuni li jingħataw protezzjoni temporanja jridu jkunu jistgħu jressqu wkoll applikazzjoni għall-asil. Il-pajjiż tal-UE li jirċievi l-persuna huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni.

Madankollu, il-pajjiżi jistgħu jiddeċiedu li xi ħadd li jkun ingħata protezzjoni temporanja ma jistax ikollu l-istatus ta’ persuna li qed tfittex l-asil fl-istess ħin.

Dan jgħin lill-pajjiżi jnaqqsu l-piż fuq is-sistema tal-asil tagħhom billi joffru protezzjoni temporanja filwaqt li jipposponu l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-asil.

Id-Direttiva 2013/32/UE tistabbilixxi regoli komuni tal-UE għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.

It-tmiem tal-protezzjoni temporanja

  • Matul il-protezzjoni jew meta tintemm il-protezzjoni temporanja, il-pajjiżi tal-UE jridu jieħdu passi sabiex jippermettu l-mawrien lura volontarju tal-persuni protetti.
  • Jekk ikun meħtieġ il-mawrien lura bil-forza , il-pajjiżi jridu jiżguraw li jkun hemm rispett dovut għad-dinjità tal-bniedem u li ma hemmx raġunijiet umanitarji b’saħħithom li jagħmlu l-mawrien lura impossibbli.
    • Il-persuni li ma jivvjaġġawx għal raġunijiet ta’saħħa ma jistgħux jiġu sfurzati jmorru lura sakemm titjieb saħħithom.
    • Familji li jkollhom tfal minuri u li jattendu l-iskola jistgħu jitħallew jibqgħu sat-tmiem tas-sena skolastika.

Appoġġ amministrattiv

Il-miżuri stabbiliti mid-direttiva jibbenefikaw mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Jekk in-numru ta’ persuni spostati jaqbeż il-kapaċità ta’ lqugħ indikat mill-pajjiżi tal-UE, il-Kunsill ser jieħu miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jirrakkomanda appoġġ addizzjonali għall-pajjiżi tal-UE affettwati.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-7 ta’ Awwissu 2001. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2002.

L-iskema stabbilita fid-direttiva għadha ma ġietx skattata.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, inkluż studju ddettaljat tad-direttiva mwettaq fl-2016, ara:

* TERMINI EWLENIN

Delitt kontra l-paċi: taħt il-liġi internazzjonali, dan ifisser l-ippjanar, it-tħejjija, il-bidu u t-tmexxija ta’ gwerer ta’ aggressjoni, jew gwerra bi ksur tat-trattati, il-ftehimiet jew l-assigurazzjonijiet internazzjonali, jew il-parteċipazzjoni fi pjan komuni jew konfoffi għat-twettiq ta’ kwalunkwe minn dawn.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, pp. 12–23)

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 60-95)

Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 96–116)

Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, pp. 112–142)

l-aħħar aġġornament 28.03.2017

Top