Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ġlieda kontra l-frodi ta' dokumenti: Sistema ta' Arkivjar ta' Immaġni FADO

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Ġlieda kontra l-frodi ta' dokumenti: Sistema ta' Arkivjar ta' Immaġni FADO

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Arkivjar ta' Immaġni

X'INHU L-GĦAN TAL-AZZJONI KONĠUNTA?

Din tistabbilixxi Sistema ta' Arkivjar ta' Immaġni fuq l-Internet tal-Unjoni Ewropea (UE) magħrufa bħala FADO (Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online). Din tippermetti l-kondiviżjoni rapida bejn il-pajjiżi tal-UE ta' immaġni ta' dokumenti ġenwini, foloz u falsifikati, sabiex tgħin fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-użu ta' dokumenti frawdolenti.

PUNTI EWLENIN

  • Is-sistema hija multilingwi, imfassla biex tkun faċli biex tintuża u bbażata fuq kodifikazzjoni stretta ħafna sabiex jiġu żgurati l-istandardizzazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni.
  • Servizz ċentrali wieħed f'kull pajjiż tal-UE huwa marbut mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE, iżda kull pajjiż tal-UE huwa liberu biex jiżviluppa s-sistema tiegħu stess għal trażmissjoni sikura ta' dejta interna. Stazzjonijiet tax-xogħol individwali f'pajjiż tal-UE ma għandhom l-ebda rabta diretta mas-Segretarjat Ġenerali għajr mis-servizz ċentrali tagħhom.
  • L-informazzjoni li tingħata lis-Segretarjat Ġenerali tiddaħħal malajr kemm jista' jkun fis-sistema FADO. Kull pajjiż tal-UE mbagħad ikun responsabbli sabiex iżid dik id-dejta fis-sistema tiegħu stess.
  • It-twaqqif tas-sistema tal-UE ma jipprevjenix lill-pajjiżi tal-UE milli jiżviluppaw is-sistemi nazzjonali tagħhom stess sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom tas-sigurtà tal-fruntieri u l-verifikazzjoni tad-dokumenti.
  • Is-sistema hija mfassla b'mod partikolari sabiex tippermetti:
    • paragun fuq l-iskrin bejn id-dokumenti oriġinali u falsifikati;
    • informazzjoni ċentralizzata dwar tekniki ta' falsifikazzjoni u ta' sigurtà;
    • kontroreferenza sabiex l-utenti jkunu jistgħu jsibu informazzjoni relatata malajr;
    • notifiki dwar dokumenti foloz partikolari.
  • Għandha tingħata prijorità lid-dokumenti ta' pajjiżi tal-UE u lil dawk ta' pajjiżi mhux tal-UE fejn hemm flussi ta' immigrazzjoni regolari.
  • Fl-1 ta' Diċembru 2014, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni Ewropea li huwa xtaq jipparteċipa fl-azzjoni konġunta. Dan ġie kkonfermat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/858/UE.

L-AZZJONI KONĠUNTA META TAPPLIKA?

Ilha tapplika mill-10 ta’ Diċembru 1998.

SFOND

In-numru dejjem jiżdied ta' dokumenti ta' immigrazzjoni ġenwini u foloz, bħal passaporti, permessi ta' residenza u viżas, u tekniki ta' falsifikazzjoni dejjem aktar sofistikati jfisser li l-għodod meħtieġa biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali u l-użu ta' dokumenti falsifikati jeħtieġ li jinżammu aġġornati.

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Azzjoni Konġunta 98/700/ĠIA tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' arkivjar ta' Immaġni (FADO) (ĠU L 333, 9.12.1998, pp. 4–7)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/858/UE tal-1 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq tax-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adotatti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen (ĠU L 345, 1.12.2014, pp. 6–9)

l-aħħar aġġornament 23.08.2016

Top