Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Evalwazzjoni bejn il-pari tal-miżuri tal-pajjiżi tal-UE kontra l-kriminalità organizzata

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Evalwazzjoni bejn il-pari tal-miżuri tal-pajjiżi tal-UE kontra l-kriminalità organizzata

Azzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea (UE) tintroduċi mekkaniżmu li jippermetti t-twettiq ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tas-sistemi legali tal-pajjiżi tal-UE fir-rigward ta’ diversi miżuri kontra l-kriminalità organizzata.

ATT

Azzjoni Konġunta 97/827/ĠAI tal-5 ta’ Diċembru 1997 adottata mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jevalwa l-applikazzjoni u jimplimenta fuq livell nazzjonali l-impriżi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

SOMMARJU

PUNTI EWLENIN

L-evalwazzjoni titħejja mill-Presidenza tal-Kunsill, li taħdem flimkien mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mal-Kummissjoni Ewropea.

Kull pajjiż tal-UE għandu jidentifika bejn espert wieħed sa 3 b’esperjenza fis-suġġetti li għandhom jiġu evalwati (jiġifieri l-pulizija, id-dwana, il-ġudikatura) u jippreżentaw l-ismijiet tagħhom lill-Presidenza tal-Kunsill. Imbagħad il-Presidenza tal-Kunsill tagħżel 3 esperti mill-ġabra ta’ ismijiet biex iwettqu evalwazzjoni ta’ pajjiż tal-UE, filwaqt li tiżgura li l-3 esperti inkwistjoni ma jkunux ċittadini tal-pajjiż tal-UE li jkun qed jiġi evalwat.

Kull rawnd ta’ evalwazzjonijiet jiffoka fuq tema speċifika miftiehma mill-pajjiżi tal-UE. Jaqblu wkoll dwar l-ordni taż-żjarat u dwar il-kwestjonarju li abbażi tiegħu, il-grupp ta’ evalwazzjoni għandu jwettaq iż-żjara tiegħu f’kull pajjiż tal-UE. L-għan huwa li tinġabar l-informazzjoni kollha utli biex issir l-evalwazzjoni. Wara li jitlesta l-kwestjonarju, il-grupp ta’ evalwazzjoni jżur il-pajjiż tal-UE inkwistjoni u jiltaqa' mal-partijiet rilevanti (eż. awtoritajiet politiċi, amministrattivi, tal-pulizija, doganali u ġudizzjarji). Kull pajjiż tal-UE jrid jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu jikkooperaw bis-sħiħ mal-gruppi ta’ evalwazzjoni mwaqqfa taħt din l-Azzjoni Konġunta.

L-abbozz tar-rapport jiġi ppreżentat lill-pajjiż tal-UE miżjur għall-opinjoni tiegħu mhux aktar tard minn xahar wara ż-żjara. Ladarba tiġi aċċettata kwalunkwe bidliet meħtieġa u din issir, il-Presidenza tal-Kunsill tibgħat l-abbozz tar-rapport lill-membri tal-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill għal aktar konsiderazzjoni u adozzjoni.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Azzjoni Konġunta 97/827/ĠAI

15.12.1997

-

ĠU L 344 tal-15.12.1997, p. 7-9

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/996/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tas-sistemi legali u l-implimentazzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 349 tal-24.12.2002, p 1-3).

l-aħħar aġġornament 02.07.2015

Top