Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Format tal-UE għal permessi ta’ residenza

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Format tal-UE għal permessi ta’ residenza

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 — format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż mhux tal-UE

SOMMARJU

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta’ residenza, u l-informazzjoni li dawn iridu jinkludu, għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jgħixu legalment fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-permessi jridu jkunu dokument waħdieni fl-għamla ta’ karta (għall-ewwel jistgħu jkunu wkoll stikers imwaħħla ma’ karta uffiċjali oħra).

Ir-regolament jispeċifika l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni kollha viżibbli li għandha tingħata fuq id-dokument, bħall-kunjom u l-isem ta’ individwu (f’dik l-ordni), il-bidu u t-tmiem tal-validità ta’ permess u d-data li għandha tinħażen fuq iċ-ċippa tat-tip ta’ bla kuntatt.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkopru l-kulur, il-proċess tal-istampar u t-tekniki u l-materjal li għandhom jintużaw għall-permessi.

L-ispeċifikazzjonijiet jinkludu aspetti ta’ sigurtà biex tiġi evitata l-falsifikazzjoni. Dawn jinżammu sigrieti u jiġu kkomunikati biss lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istampar tal-permessi.

Jekk ikunu jixtiequ, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jżidu aspetti oħrajn ta’ sigurtà nazzjonali b’konformità mal-lista fl-anness għar-regolament, sakemm ma jbiddlux l-apparenza uniformi tal-karta.

Ir-regolament ma japplikax għal familji ta’ ċittadini Ewropej li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jgħixu f’pajjiż tal-UE ieħor, detenturi ta’ viżi jew dawk iċ-ċittadini mhux tal-UE li jistgħu joqogħdu sa tliet xhur mingħajr ma jkunu jeħtieġu viża.

Ir-Regolament (KE) Nru 380/2008 jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-identifikaturi bijometriċi* fil-format uniformi għall-permessi ta’ residenza.

L-identifikaturi bijometriċi jintużaw biex jivverifikaw l-awtentiċità tal-identità tad-detentur. Dawn jikkonsistu minn ritratt reċenti tal-applikant u żewġ marki tas-swaba’.

Il-proċedura biex jittieħdu dawn l-identifikaturi jridu josservaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u s-salvagwardji li jinsabu fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet dwar it-tfal.

Id-data mill-identifikaturi bijometriċi trid tinħażen u tiġi protetta sabiex jiġu ggarantiti l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tagħhom.

TERMINI EWLENIN

* Identifikaturi bijometriċi: l-użu ta’ karatteristika fiżika waħda jew aktar ta’ individwu (marki tas-swaba’, struttura tal-wiċċ, ħabba tal-għajn) maħżuna fuq mezz bħal smart card, bar code jew dokument, sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna li tippreżenta dokument.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1-7)

l-aħħar aġġornament 29.10.2015

Top