Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji: protezzjoni tal-konsumatur

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji: protezzjoni tal-konsumatur

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2002/65/KE — il-protezzjoni tal-konsumatur f’każijiet ta’ bejgħ mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli komuni għat-tqegħid fis-suq ta’ servizzi finanzjarji minn fornituri lil konsumaturi fl-UE, u b’hekk ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni: is-servizzi finanzjarji kollha huma koperti mid-direttiva, inkluż il-bejgħ ta’ karti ta’ kreditu, fondi ta’ investiment, assigurazzjoni u pjanijiet tal-pensjoni personali lil konsumaturi permezz ta’ kanali tal-bejgħ mill-bogħod bħat-telefown, faks jew l-internet.

Id-direttiva tiggarantixxi l-protezzjoni tal-konsumatur, u tinkludi:

  • Obbligu tal-fornitur li jipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni komprensiva qabel jiġi konkluż kuntratt;
  • Id-dritt tal-konsumatur li jirtira mill-kuntratt fi żmien 14-il jum;
  • Projbizzjoni fuq prattiki ta’ tqegħid fis-suq abbużivi bl-għan li jobbligaw lill-konsumaturi jixtru servizz li ma talbux għalih (“inertia selling”);
  • regoli sabiex jiġu ristretti prattiki oħrajn bħal telefonati u emails mhux mitluba (cold calling u spamming);
  • sanzjonijiet xierqa mill-pajjiżi tal-UE fuq fornituri li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-direttiva;
  • rimedju legali xieraq, inklużi proċeduri ta’ rimedju barra l-qorti għal konsumaturi li d-drittijiet tagħhom ikunu ġew miksura.

Il-Kummissjoni Ewropea wettqet reviżjoni tal-applikazzjoni tad-direttiva fil-pajjiżi tal-UE l-aktar reċentement fl-2009. Ir-reviżjoni kkonkludiet li ma kien hemm ebda evidenza ta’ konsumaturi li qed jiffaċċjaw problemi kkawżati mill-implimentazzjoni inkorretta tad-direttiva mill-pajjiżi tal-UE.

Id-Direttiva 2011/83/KE (Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur) tirregola l-bejgħ mill-bogħod lill-konsumaturi ta’ prodotti u servizzi oħrajn mhux finanzjarji, u tissostitwixxi d-Direttiva 97/7/KE.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2002. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali sad-9 ta’ Ottubru 2004.

SFOND

It-Tqegħid fis-Suq b’Distanza ta’ Servizzi Finanzjarji

ATT

Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16-24)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/65/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

ATTI RELATATI

Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Reviżjoni tad-direttiva li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (2002/65/KE) (COM(2009) 626 finali tal-20.11.2009)

l-aħħar aġġornament 20.01.2016

Top