Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-tikkettar ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

It-tikkettar ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel

L-imballaġġi minn qabel (jew pakketti mħejjija minn qabel) u l-kontenut tagħhom għandhom jindikaw fit-tikkettar il-piż jew il-volum li jkun fihom bl-użu ta’ format armonizzat, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet metroloġiċi speċifiċi.

SOMMARJU

It-tikkettar tal-imballaġġi minn qabel* u tal-prodotti f’imballaġġ minn qabel* għandhom jinkludu tagħrif varju rilevanti għall-konsumatur.

Il-prodotti f’imballaġġ minn qabel jinbiegħu individwalment b’piż jew volum kostanti magħżul minn qabel mill-persuna responsabbli mill-mili. Il-piż jew il-volum għandu jkun:

  • mill-inqas 5 grammi jew 5 millilitri għall-iżgħar pakketti;
  • mhux aktar minn 10 kilogrammi jew 10 litri għall-akbar pakketti.

L-użu tas-sinjal“e”

Il-prodotti f’imballaġġ minn qabel jista’ jkollhom fuqhom l-ittra żgħira “e” ta’ għoli minimu ta’ 3 mm, li tiċċertifika li, taħt ir-responsabbiltà tal-persuna responsabbli mill-imballaġġ jew tal-importatur, l-imballaġġi minn qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva f’termini ta’ kwalità u kontrolli metroloġiċi (il-punt 5 tal-Anness I u l-Anness II).

L-ittra għandha titqiegħed fl-istess post viżiv bħall-indikazzjoni tal-piż nominali jew tal-volum nominali.

Indikazzjoni tal-piż jew tal-volum

It-tikkettar għandu jindika l-volum fil-każ ta’ prodotti likwidi u l-piż fil-każ ta’ prodotti oħrajn.

It-tikketta tal-prodott f’imballaġġ minn qabel għandha tinkludi wkoll indikazzjonijiet tal-piż u tal-volum użati fil-prattika kummerċjali jew tkun konformi mar-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż tad-destinazzjoni jekk tali indikazzjonijiet ivarjaw fil-pajjiżi tal-UE.

Il-pajjiżi tal-UE la jistgħu jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ li jkun konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva fir-rigward tal-indikazzjoni tal-volum jew tal-massa u l-metodi metroloġiċi użati.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija bdiet tapplika mit-23 ta' Jannar 1976. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-22 ta' Lulju 1977. Il-Belġju, l-Irlanda u r-Renju Unit kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 1979.

TERMINI EWLENIN

* Imballaġġ minn qabel: il-kombinazzjoni ta’ prodott u l-imballaġġ individwali fejn jiġi mballat minn qabel.

* Prodott f’imballaġġ minn qabel: prodott jiġi mballat minn qabel meta jitqiegħed f’imballaġġ ta’ kwalunkwe natura mingħajr ma jkun preżenti x-xerrej u l-kwantità tal-prodott li jkun hemm fl-imballaġġ ikollha valur iddeterminat minn qabel u ma tkunx tista’ titbiddel mingħajr ma l-imballaġġ jinfetaħ jew jgħaddi minn modifika perċetibbli.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, pp. 1–11)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 76/211/KEE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 18–63). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, pp. 24–28). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 14.12.2015

Top