Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ir-reklamar qarrieqi u komparattiv

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ir-reklamar qarrieqi u komparattiv

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tfittex li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi minn negozji oħra (jiġifieri B2B) li huwa ekwivalenti għal prattika kummerċjali żleali. Għal dan il-għan, hija tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom huwa awtorizzat ir-reklamar komparattiv.

PUNTI EWLENIN

Ir-reklamar qarrieqi

Ir-reklamar li jqarraq jew jista’ jqarraq bil-persuni li jirċevuh huwa pprojbit. In-natura qarrieqa ta’ dan ir-reklamar tista’ taffettwa l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi u l-kummerċjanti, jew tista’ tkun detrimentali għal kompetitur.

In-natura qarrieqa tar-reklamar tiddependi fuq sett ta’ kriterji:

  • il-karatteristiċi tal-merkanzija jew is-servizzi (id-disponibbiltà, in-natura jew il-kompożizzjoni, il-metodu ta' manifattura jew provvista, l-oriġini eċċ.), ir-riżultati li huma mistennija mill-użu tagħhom u r-riżultati tal-kontrolli tal-kwalità mwettqa;
  • il-prezz jew il-mod kif huwa kkalkolat il-prezz;
  • il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-provvista tal-merkanzija jew is-servizzi;
  • in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam (l-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, eċċ.).

Reklamar komparattiv

Ir-reklamar komparattiv jagħmel referenza espliċitament jew b'deduzzjoni għal kompetitur jew merkanzija jew servizzi konkorrenti.

Dan it-tip ta’ reklamar huwa permess biss meta ma jkunx qarrieqi. Jista’ jkun mezz leġittimu biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar dak li huwa fl-interess tagħhom. B’hekk, b’mod partikolari, il-paraguni għandhom:

  • ikunu relatati ma’ merkanzija jew servizzi li jissodisfaw l-istess bżonnijiet jew ikunu intiżi għall-istess skop;
  • ikunu relatati ma' prodotti bl-istess denominazzjoni ta’ oriġini;
  • jittrattaw fatturi materjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ din il-merkanzija jew is-servizzi b’mod oġġettiv, li jistgħu jinkludu l-prezz;
  • jevitaw il-ħolqien tal-konfużjoni bejn il-kummerċjanti, u m’għandhomx jiskreditaw, jimitaw jew jieħdu vantaġġ mit-trade mark jew l-ismijiet kummerċjali ta’ kompetitur.

Rikors

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) iridu jiżguraw li dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet b’interess leġittimu jistgħu jressqu każ quddiem qorti jew jippreżentaw appell amministrattiv kontra r-reklamar illeċitu;

Għalhekk, il-qrati jew il-korpi amministrattivi mill-pajjiżi tal-UE jridu jkunu jistgħu:

  • jordnaw l-irtirar tar-reklamar illeċitu, anki fin-nuqqas ta’ prova ta’ telf effettiv, ħsara jew ta’ intenzjoni ta’ negliġenza; jew
  • jipprojbixxu r-reklamar illeċitu li jkun għadu ma ġiex ippubblikat.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-12 ta’ Diċembru 2007. Din id-direttiva tikkodifika u tirrevoka d-Direttiva 84/450/KEE, li l-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporaw fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Ottubru 1986.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21–27)

l-aħħar aġġornament 24.10.2016

Top