Help Print this page 
Title and reference
Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha l-ħsieb li tippermetti li l-imgħaxijiet mit-tfaddil riċevuti f’pajjiż wieħed tal-UE minn persuni fiżiċi li għandhom ir-residenza għal raġunijiet ta’ taxxa tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE jiġu intaxxati b’mod effettiv b’konformità mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ dan l-aħħar pajjiż.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax.

SOMMARJU

Bħala parti mill-pakkett fiskali mmirat sabiex jiġġieled il-kompetizzjoni fiskali ta’ dannu, fl-2003 l-UE adottat Direttiva biex tnaqqas it-tgħawwiġ eżistenti fit-tassazzjoni effettiva tad-dħul mit-tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax.

Id-Direttiva għandha l-għan li tippermetti li dan l-imgħax imħallas f’pajjiż tal-UE wieħed lil persuni fiżiċi li għandhom ir-residenza tagħhom f’pajjiż ieħor (sidien benefiċċjali), jiġu intaxxati b’mod effettiv b’konformità mal-liġijiet tal-pajjiż.

Ambitu

L-ambitu tad-Direttiva huwa limitat għat-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet fuq pretensjonijiet ta’ djun, bl-esklużjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-intaxxar ta’ pensjonijiet u ta’ benefiċċji mill-assigurazzjoni. Fil-livell territorjali, id-Direttiva tapplika għal imgħaxijiet imħallsa minn attur li jħallas, jiġifieri operatur ekonomiku (pereżempju istituzzjoni finanzjarja, bank jew fond ta’ investiment) li jħallas l-imgħax jew jiggarantixxi l-pagament tagħhom lil sidien benefiċjali, stabbilit ġewwa t-territorju tal-UE. Kwalunkwe entità bħal din stabbilita f’pajjiż tal-UE li lilha jkun tħallas l-imgħax jew ġie ggarantit għall-benefiċċju tas-sid benefiċċjali hija meqjusa attur li jħallas fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva. B’hekk, l-attur li jħallas huwa l-aħħar ħolqa fil-katina ta’ intermedjarji li jħallas l-imgħax direttament lis-sid benefiċċjali.

IS-SISTEMA ĠENERALI: SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Rapportar ta’ informazzjoni mill-attur li jħallas

Meta l-benefiċjarju effettiv tal-imgħaxijiet ikun resident f’pajjiż tal-UE ieħor li mhuwiex dak fejn huwa stabbilit l-attur li jħallas, id-Direttiva teħtieġ li dan tal-aħħar jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-UE fejn huwa stabbilit dwar kontenut minimu ta’ informazzjoni bħall-identità u r-residenza tal-benefiċjarju effettiv, l-isem jew l-isem ewlieni u l-indirizz tal-attur li jħallas, in-numru tal-kont tal-benefiċjarju effettiv jew, fin-nuqqas ta dan, l-identifikazzjoni tad-dejn li qed jiġġenera l-imgħaxijiet u l-informazzjoni li tikkonċerna l-pagament tal-imgħaxijiet.

L-ammont minimu tal-informazzjoni li għandu jiġi trasmess mill-attur li jħallas irid jagħmel distinzjoni bejn it-tipi ta’ mgħaxijiet elenkati fid-Direttiva. Madanakollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jillimitaw dan il-kontenut minimu ta’ informazzjoni għal ammont minimu ta’ informazzjoni, pereżempju, għal ammont totali ta’ imgħax jew dħul.

Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni

Skont id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-UE tal-attur li jħallas għandha tikkomunika, tal-inqas darba fis-sena, lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-UE ta’ residenza tas-sid benefiċjarju effettiv. Din il-komunikazzjoni għandha sseħħ fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena fiskali tal-pajjiż tal-UE tal-attur li jħallas.

IR-REGOLI ĠODDA APPLIKABBLI MILL-1.1.2016

Deher li ċerti strumenti finanzjarji ekwivalenti għal garanziji li jġorru l-imgħax u ċerti mezzi indiretti ta’ żamma ta’ dawn il-garanziji ma kinux koperti mid-Direttiva 2003/48/KE. Konsegwentament, ġiet adottata Direttiva ġdida, id-Direttiva 2014/48/UE li jkollha tiġi trasposta fil-pajjiżi tal-UE sal-1.1.2016 sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni.

L-għan tad-Direttiva huwa li:

  • issaħħaħ ir-regoli eżistenti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil bil-għan li l-pajjiżi tal-UE jiġġieldu aħjar il-frodi u l-evażjoni fiskali;
  • tippromwovi approċċ trasparenti bbażat fuq obbligu għal diliġenza dovuta għall-klijenti li timpedixxi lil individwi milli jaħarbu d-Direttiva billi jużaw entità ġuridika fin-nofs (pereżempju, fondazzjoni) jew arranġament (pereżempju, trust) li tkun tinsab f’pajjiż barra mill-UE li ma tiżgurax li ssir it-tassazzjoni effettiva ta’ din l-entità ġuridika/arranġament fuq id-dħul kollu tagħha mill-prodotti finanzjarji koperti mid-Direttiva;
  • ttejjeb ir-regoli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ individwi milli jaħarbu d-Direttiva bl-użu ta’ entità ġuridika fin-nofs (fondazzjoni) jew arranġament ( trust) li tkun tinsab f’pajjiż ieħor tal-UE. Dawn ir-regoli jimplikaw in-notifikazzjoni minn din l-entità ġuridika jew arranġament;
  • l-ambitu ta’ din id-Direttiva jiġi estiż sabiex jinkludi prodotti finanzjarji li jippreżentaw karatteristiċi simili għar-riċevibbli (pereżempju, garanziji b’rata ta’ redditu fiss/iggarantita u ċerti prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja), iżda li mhumiex ikklassifikati legalment bħala tali;
  • li jitiqies id-dħul kollu mill-fondi ta’ investiment riċevuti fi ħdan jew barra l-UE apparti d-dħul mill-impriżi għal investiment kollettiv f’garanziji trasferibbli awtorizzati skont id-Direttiva 85/611/KEE (UCITS) li diġà jinsabu fid-Direttiva attwali.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2003/48/KE

16.7.2003

31.12.2003

ĠU L 157 tas-26.6.2003, p. 38-48

Att(i) emendatorji

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2014/48/UE

15.4.2014

1.1.2016

ĠU L 111 tal-15.04.2014, p. 50-78

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2003/48/KE ġew integrati fit-test oriġinali. Il-verżjoni kkonsolidata hija għal referenza biss.

L-aħħar aġġornament: 25.01.2015

Top