Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji tas-sisa — eżenzjonijiet għal vjaġġaturi minn barra l-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji tas-sisa — eżenzjonijiet għal vjaġġaturi minn barra l-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE — eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi mhux tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din tiddefinixxi konċessjonijiet eżentati mit-taxxa tal-UE fl-ivvjaġġar internazzjonali.
  • Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u d-dazju doganali ta’ oġġetti importati fil-bagalja personali ta’ vjaġġaturi minn:
    • pajjiż mhux tal-UE; jew
    • territorju fejn ma japplikawx il-liġijiet tal-UE dwar il-VAT u/jew id-dazju tas-sisa, eż. l-Isle of Man.

PUNTI EWLENIN

  • Id-direttiva tistabbilixxi limitu tal-valur għall-eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa għal €430 fil-każ ta’ vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar u għal €300 għal dawk li jivvjaġġaw bl-art (inklużi b’passaġġi fuq l-ilma interni).
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jnaqqsu l-limitu tal-valur għall-vjaġġaturi li jkollhom inqas minn 15-il sena, irrispettivament mill-mezz ta’ trasport tagħhom, iżda dan il-limitu ma jistax ikun inqas minn €150.
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jnaqqsu l-limiti tal-valur u l-limiti kwantitattivi għal:
    • vjaġġaturi li jgħixu f’żona tal-fruntiera;
    • ħaddiema transkonfinali; u
    • l-ekwipaġġi ta’ mezzi ta’ trasport użati fl-ivvjaġġar internazzjonali.
  • Id-direttiva tistabbilixxi l-limiti kwantitattivi massimi u minimi li ġejjin għall-importazzjonijiet tat-tabakk:
    • 200 sigarett jew 40 sigarett;
    • 100 sigarru żgħir jew 20 sigarru żgħir;
    • 50 sigarru jew 10 sigarri;
    • 250 g tabakk tat-tipjip jew 50 g tabakk tat-tipjip.
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu tli jagħmlu distinzjoni bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħrajn billi japplikaw limiti kwantitattivi aktar baxxi għal vjaġġaturi oħrajn.
  • Id-direttiva tistabbilixxi l-kwantitajiet massimi u minimi li ġejjin għall-importazzjonijiet tal-alkoħol:
    • total ta’ litru ta’ qawwa alkoħolika li taqbeż it-22 % vol. jew alkoħol etilitiku mhux denaturat* ta’ 80 % vol. u aktar;
    • total ta’ żewġ litri ta’ alkoħol ta’ qawwa li ma taqbiżx it-22 % vol.
  • L-eżenzjonijiet għat-tabakk u l-alkoħol ma japplikawx għal vjaġġaturi taħt is-17-il sena.
  • Kull erba’ snin, il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva. L-aktar rapport reċenti, ippubblikat fl-2013, jgħid li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE huma kuntenti bid-direttiva u ma jqisux li hemm il-ħtieġa li tiġi riveduta.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2007. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Diċembru 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Alkoħol etiliku mhux denaturat: L-alkoħol li m’għandu xejn miżjud miegħu biex ma jsirx tajjeb għax-xorb.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (ĠU L 346, 29.12.2007, pp. 6–12)

DOKUMENTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (COM(2013) 849 final, 3.12.2013)

l-aħħar aġġornament 28.11.2016

Top