EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-għan tagħha hu li tiżgura tassazzjoni ġusta tal-ħlasijiet magħmula bejn kumpaniji assoċjati* f’pajjiżi differenti tal-UE, filwaqt li tevita tassazzjoni doppja bejn il-pajjiżi tal-UE. Dan japplika għal:
L-għan tad-direttiva huwa li jitneħħew it-taxxi imposti fil-pajjiż tas-sors tal-UE, filwaqt li l-pajjiż tal-UE riċevitur jintaxxa l-istess ħlas.
Għalhekk, l-għan ewlieni huwa li jiġi żgurat li l-ħlasijiet ma jiġux intaxxati f’iktar minn pajjiż wieħed (tassazzjoni doppja).
Il-pagamenti ta’ mgħax u royalties li jsiru f’pajjiż tal-UE huma eżentati minn kwalunkwe taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f’dak il-pajjiż diment li dak is-sid benefiċjarju* tal-imgħax jew tar-royalties huwa:
L-anness għad-direttiva jinkludi lista tat-tipi ta’ kumpaniji li għalihom tapplika d-direttiva. Id-direttiva ġiet emendata biex tieħu in kunsiderazzjoni t-tipi ta’ kumpaniji fil-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004, fl-2007 u fl-2013.
Fejn kumpanija assoċjata jew stabbiliment permanenti tħallas taxxa eċċessiva fuq imgħax jew royalties f’pajjiż tal-UE li mhuwiex tagħha stess, għandha tapplika għal rifużjoni.. Il-pajjiż għandu jħallas lura t-taxxa żejda miżmuma fi żmien sena minn meta jkun irċieva applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni ta’ sostenn li jista’ raġonevolment jitlob mingħand il-kumpanija jew l-istabbiliment permanenti. Jekk it-taxxa miżmuma ma tkunx tħallset lura f’dak il-perjodu, il-kumpanija jew l-istabbiliment permanenti huma intitolati (malli tiskadi s-sena in kwistjoni) għal imgħax fuq it-taxxa li tingħata lura. Dan l-imgħax huwa kkalkulat b’rata li tikkorrispondi għar-rata ta’ mgħax nazzjonali li għandha tiġi applikata f’każijiet komparabbli taħt il-liġi domestika tal-pajjiż in kwistjoni.
Din id-direttiva ma teskludix l-applikazzjoni ta’ regoli domestiċi jew ibbażati fuq ftehim meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ frodi jew abbuż.. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirtiraw il-benefiċċji ta’ din id-direttiva jew jirrifjutaw li japplikawha fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li għalihom il-motiv prinċipali jew waħda mir-raġunijiet prinċipali huma l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar jew l-abbuż mit-taxxa.
Ċerti pajjiżi bbenefikaw għal perjodu minn regoli transitorji fejn l-applikazzjoni tad-direttiva ġiet imdewwma.
L-Uffiċċju Internazzjonali tad-Dokumentazzjoni Fiskali wettaq stħarriġ fuq l-implimentazzjoni tad-direttiva għall-Kummissjoni Ewropea fl-2006 u l-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport tagħha stess dwar l-operat tagħha fl-2009. Fl-2011, il-Kummissjoni adottat proposta sabiex tirriformula d-direttiva bil-għan li tespandi l-ambitu tagħha u li tevita sitwazzjonijiet fejn tingħata eżenzjoni mit-taxxa iżda d-dħul korrispondenti mhuwiex effettivament soġġett għal taxxa (eżenzjoni mill-ħlas ta’ taxxa doppja).
Id-direttiva ilha tapplika mis-26 ta’ Ġunju 2003 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 2004..
Għal aktar informazzjoni, ara:
Il-ħlasijiet għall-użu ta’, jew id-dritt għall-użu ta’, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku huma meqjusa bħala royalties.
Fil-każ ta’ stabbiliment permanenti, meta l-pagament ikun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti.
Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, pp. 49-54)
Emendi suċċessivi u bidliet għad-Direttiva 2003/49/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (COM(2011) 714 final, 11.11.2011)
l-aħħar aġġornament 04.07.2018