Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-indirizzar tal-perjodi ta’ nixfa u tal-iskarsezza tal-ilma fl-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-indirizzar tal-perjodi ta’ nixfa u tal-iskarsezza tal-ilma fl-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-indirizzar tal-iskarsezza tal-ilma u tal-perjodi ta’ nixfa fl-UE — KUMM(2007) 414 finali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tirrikonoxxi l-isfidi ewlenin li jirriżultaw mill-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi medji u twal ta’ nixfa fl-UE. Hija tipprovdi linji gwida biex dawn jiġu indirizzati. Dawn għandhom x’jaqsmu ma’:

l-ipprezzar tal-ilma,

l-allokazzjoni tal-ilma,

il-prevenzjoni tan-nixfa u r-reazzjonijiet għall-perjodi ta’ nixfa,

alternattivi għall-provvista tal-ilma,

informazzjoni ta’ kwalità għolja u soluzzjonijiet teknoloġiċi li jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa.

PUNTI EWLENIN

Sabiex jiġu rimedjati problemi ta’ skarsezza tal-ilma u ta’ nixfa, jeħtieġ li jiġu indirizzati xi kwistjonijiet. Dawn jinkludu:

il-ħtieġa li tiġi implimentata bis-sħiħ id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma sabiex tiġi indirizzata l-ġestjoni ħażina tar-riżorsi tal-ilma,

politiki tal-ipprezzar tal-ilma nazzjonali ineffiċjenti,

l-ippjanar tal-użu tal-art,

il-promozzjoni ta’ miżuri għall-iffrankar tal-ilma, u

il-ħtieġa li tittieħed azzjoni b’mod integrat u xjentifiku.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu l-prezz korrett għall-ilma, bl-użu ta’ politika ta’ pprezzar effettiv tal-ilma.

L-allokazzjoni tal-ilma u l-finanzjament relatat mal-ilma jridu jkunu aktar effiċjenti biex jillimitaw l-effetti avversi fil-baċiri tax-xmajjar. Għandhom jittieħdu miżuri speċjali b’mod partikolari biex tiġi implimentata d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika.

Il-ġestjoni tar-riskju tan-nixfa tista’ tittejjeb jekk il-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju tan-nixfa fejn huwa neċessarju, u jekk jiskambjaw prattiki tajba u metodoloġiji fil-livell tal-UE. Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE u l-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-pajjiżi tal-UE jirċievu għajnuna adegwata mingħajr dewmien.

Sabiex tgħin biex jonqsu t-tnixxijiet u l-ħela, il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda, pereżempju, li jiġu żviluppati standards għal apparat li juża l-ilma flimkien ma’ leġiżlazzjoni speċifika għal prodotti li ma jużawx l-enerġija li jużaw l-ilma (eż. viti, shower heads, tojlits).

Il-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi wkoll għandhom ikunu involuti sabiex irawwmu l-emerġenza ta’ kultura tal-iffrankar tal-ilma.

L-għarfien imtejjeb u l-ġbir tad-data huma integrali għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Sistema ta’ informazzjoni dwar l-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa mal-Ewropa kollha għandha tkun integrata fis-Sistema ta’ Tagħrif dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE).

Abbażi ta’ informazzjoni mill-pajjiżi tal-UE u l-ħidma tagħha stess, il-Kummissjoni Ewropea tħejji Rapporti ta’ Segwitu annwali li jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ politika mal-UE.

Dokument sussegwenti tal-2012, il-Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa jinkludi Reviżjoni tal-Politika dwar l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet. Dan jiddikjara li ma ntlaħaqx l-għan li l-iskarsezza tal-ilma u x-xejriet ta’ nixfa jitreġġgħu lura.

SFOND

L-ilma huwa riżorsa prezzjuża, iżda d-disponibbiltà tiegħu tista’ tkun temporanjament baxxa minħabba perjodi ta’ nixfa, jew perjodu ta’ żmien kontinwu li matulu d-domanda għall-ilma taqbeż ir-riżorsi tal-ilma li jistgħu jintużaw (skrasezza tal-ilma).

Il-problemi ta’ disponibbiltà tal-ilma jaffettwaw ħafna reġjuni fl-Ewropa. Sal-2007, mill-inqas 11 % tal-popolazzjoni tal-UE u 17 % tal-art tagħha kienu ġew affettwati mill-iskarsezza tal-ilma. Din il-kwistjoni teħtieġ azzjoni kkombinata fuq il-livell tal-UE, u huwa aktar u aktar neċessarju li tittieħed azzjoni minħabba li n-nuqqas ta’ ilma x’aktarx li se jippersisti minħabba t-tibdil fil-klima.

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Li tindirizza l-isfida ta’ l-iskarsezza ta’ l-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea (KUMM (2007) 414 finali tat-18.7.2007)

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa (COM(2012) 673 final tal-14.11.2012)

l-aħħar aġġornament 28.10.2015

Top