Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-infrastruttura tal-UE għall-informazzjoni ġeografika (Inspire)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-infrastruttura tal-UE għall-informazzjoni ġeografika (Inspire)

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

  • Hija tippreskrivi regoli ġenerali li jistabbilixxu infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika* fl-Ewropa għall-finijiet ta’ politiki ambjentali tal-UE u għal politiki jew attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq l-ambjent.
  • L-infrastruttura Ewropea tibni fuq dik tal-informazzjoni ġeografika li hija stabbilita u mħaddma mill-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tapplika għad-dejta ġeografika li:
    • tkopri l-oqsma fejn il-pajjiżi tal-UE għandhom drittijiet ġurisdizzjonali;
    • teżisti f’format elettroniku;
    • tinżamm minn, jew f’isem, awtorità pubblika jew xi korp ieħor li juża n-netwerk;
    • hija marbuta ma’ informazzjoni ambjentali.
  • Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli sabiex jiżguraw li tinħoloq metadejta* għad-diversi settijiet ta’ dejta ġeografika ambjentali* u s-servizzi elenkati fil-leġiżlazzjoni. Skont is-suġġett, dawn għandhom jiġu stabbiliti fi żmien sentejn jew 5 snin mid-dħul fis-seħħ tar-regoli.
  • Il-Kummissjoni Ewropea, assistita minn kumitat, tadotta l-arranġamenti tekniċi sabiex tiżgura li s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika jkunu jistgħu jaħdmu flimkien u tarmonizzahom meta dan ikun jista’ jitqiegħed fil-prattika.
  • Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni kellhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2009 jew mill-15 ta' Mejju 2012, skont is-suġġett.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu u jħaddmu netwerk bis-servizzi li ġejjin:
    • Skoperta: għat-tfittxija ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi.
    • Viżjoni: għat-turija, in-navigazzjoni, l-iffokar ’il ġewwa u ’l barra, l-ippannjar jew it-tqegħid fuq xulxin ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika li jistgħu jkunu viżibbli.
    • Tniżżil: fejn dan jista’ jitqiegħed fil-prattika, għall-aċċess direttament u t-tniżżil ta’ kopji ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika.
    • Trasformazzjoni: għat-trasformazzjoni tas-settijiet ta’ dejta ġeografika sabiex tinkiseb interoperabbiltà.
  • L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jgħaqqdu s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika tagħhom man-netwerk nazzjonali.
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jillimitaw l-aċċess pubbliku għas-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika għal diversi raġunijiet, bħall-kunfidenzjalità legali, is-sigurtà pubblika, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew il-protezzjoni tal-ambjent.
  • Il-Kummissjoni tħaddem ġeoportal ta’ Inspire tal-UE. Dan jagħti aċċess għan-netwerks nazzjonali.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tirrikjedix il-ġbir ta’ dejta ġeografika ġdida.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija ilha tapplika mill-15 ta' Mejju 2007. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-14 ta' Mejju 2009.

SFOND

Ara d-Direttiva Inspire fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika: tkopri l-metadejta, is-settijiet ta’ dejta ġeografika u s-servizzi ta’ dejta ġeografika; is-servizzi u t-teknoloġiji tan-netwerk; ftehimiet dwar il-kondiviżjoni, l-aċċess u l-użu; u l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-mekkaniżmi, tal-proċessi u tal-proċeduri.

* Metadejta: informazzjoni li tiddeskrivi s-settijiet ta’ dejta ġeografika u s-servizzi ta’ dejta ġeografika, li tagħmilha possibbli li dawn jiġu skoperti, isir inventarju tagħhom u jintużaw.

* Dejta ġeografika: kwalunkwe dejta b’referenza diretta jew indiretta għal lokazzjoni jew żona ġeografika speċifika, bħal indirizzi, netwerks tat-trasport, elevazzjoni u l-użu tal-art.

ATT

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1)

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12-30). L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta' Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18-26). Ara l-verżjoni konsolidata

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19-40)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9-18). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2010 tad-29 ta' Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 8-9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11-102). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tas-servizzi ta’ tniżżil u s-servizzi ta’ trasformazzjoni (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 1-10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011 tal-4 ta' Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 31, 5.2.2011, p. 13-34)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1-267)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ element ta’ metadejta Inspire (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6-7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ dejta ġeografika (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8-16)

Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1-37)

Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1-13)

Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44-66)

Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135-145)

l-aħħar aġġornament 25.02.2016

Top