Help Print this page 
Title and reference
It-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti minn vetturi ħfief

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti minn vetturi ħfief

Il-vetturi ħfief (light-duty) - karozzi u vannijiet - huma wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-arja u jipproduċu madwar 15% tal-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2) tal-Unjoni Ewropea. L-UE qiegħda taħdem biex tnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq u biex tgħin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livelli baxxi ta’ karbonju.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

SOMMARJU

Il-vetturi ħfief (light-duty) - karozzi u vannijiet - huma wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-arja u jipproduċu madwar 15% tal-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2) tal-Unjoni Ewropea. L-UE qiegħda taħdem biex tnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq u biex tgħin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livelli baxxi ta’ karbonju.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jarmonizza r-rekwiżiti tekniċi dwar l-emissjonijiet - magħrufa bħala l-approvazzjoni tat-tip tal-KE - għall-vetturi bil-mutur u l-parts ta’ sostituzzjoni sabiex dawn ikunu l-istess madwar l-UE, bil-għan li jiġi evitat taqlib fis-suq uniku. Huwa jpoġġi obbligi speċifiċi fuq il-manifatturi u jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-manifatturi għandhom:

juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz ikunu konformi mal-istandards tal-emissjonijiet stabbiliti fir-regolament;

jipprovdu lix-xerrejja b’figuri dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburanti meta tinbiegħ il-vettura;

jiżguraw li l-apparat tat-tniġġis imwaħħal fuq vettura jkun jista’ jdum iservi għal 160 000 km u jiġi ċċekkjat wara 5 snin jew 100 000 km, skont liema jkun l-ewwel;

jipprovdu informazzjoni standardizzata u mhux ristretta dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lill-operaturi indipendenti permezz tas-siti elettroniċi. Huma jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli għal dan is-servizz.

Kundizzjonijiet oħrajn

l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jekk il-vettura tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fir-regolament;

jistgħu jingħataw inċentivi finanzjarji nazzjonali sabiex jinkoraġġixxu l-użu bikri tal-apparat maħsub biex inaqqas l-emissjonijiet;

jistgħu jiġu applikati penali għal ksur tar-regolament;

huma stabbiliti limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti differenti, bħal monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu, kif ukoll tipi ta’ vetturi differenti.

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet ta' CO2 medji ta' 130g CO2/km għal karozzi tal-passiġġieri ġodda. Mis-sena 2020 ’il quddiem, dan ser jonqos għal 95 g CO2/km.

Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet proposta għal Regolament li jagħtiha setgħat addizzjonali sabiex tkun tista’ tieħu miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet inkwinanti.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mit-2 ta' Lulju 2007.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar It-tnaqqis tal-emissjoni tas-CO2.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007

2.7.2007

-

ĠU L 171 tad-29.6.2007, pp. 1-16

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008

31.7.2008

-

ĠU L 199 tat-28.7.2008, pp. 1-136

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188 tat-18.7.2009, pp. 1-13

Ir-Regolament (UE) Nru 566/2011

19.6.2011

-

ĠU L 158 tas-16.6.2011, pp. 1-24

Ir-Regolament (UE) Nru 459/2012

4.6.2012

-

ĠU L 142 tal-1.6.2012, pp. 16-24

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief (Ġurnal Uffiċjali L 140 tal-5.6.2009, pp. 1-15).

Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ( Direttiva Kwadru) (Ġurnal Uffiċjali L 263 tad-9.10.2007, pp. 1-160).

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq (COM(2014) 28 final tal-31.1.2014).

L-aħħar aġġornament: 23.07.2015

Top