Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja f'distanza twila

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja f'distanza twila

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Deċiżjoni 81/462/KEE dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar it-tniġġis transkonfini ta' l-arja f'distanza twila

Il-konvenzjoni dwar it-tniġġis transkonfini ta' l-arja f'distanza twila

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

  • Hija tikkonkludi f’isem l-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi tal-UE u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-tniġġis transkonfinali tal-arja f'distanza twila.
  • Skont din il-konvenzjoni, il-partijiet (jiġifieri l-pajjiżi tal-UE li rratifikaw il-Konvenzjoni) jimpenjaw ruħhom sabiex jaħdmu flimkien biex jillimitaw u, safejn possibbli jipprevjenu u jnaqqsu r-rilaxxi tagħhom ta' niġġiesa tal-arja biex ikun indirizzat it-tniġġis tal-arja transkonfinali li jirriżulta.

PUNTI EWLENIN

It-tniġġis transkonfinali tal-arja f'distanza twila huwa definit bħala r-rilaxx, direttament jew indirettament minħabba attività tal-bniedem, ta’ sustanzi fl-arja li għandhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent f’pajjiż ieħor, u li għalihom, ma tistax issir distinzjoni bejn il-kontribuzzjoni ta’ sorsi ta’ emissjoni individwali jew gruppi ta’ sorsi.

B’kollox, ġew żviluppati tmien protokolli separati skont din il-konvenzjoni:

Kooperazzjoni fuq il-politika

Il-konvenzjoni teħtieġ li l-partijiet kontraenti tagħha jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji xierqa, b'mod partikolari sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità tal-arja.

Il-partijiet kontraenti jaqblu li jiltaqgħu regolarment (mill-inqas darba fis-sena) biex jevalwaw il-progress li jkun sar u jikkooperaw fuq kwistjonijiet relatati mal-konvenzjoni.

Kooperazzjoni xjentifika

Il-partijiet jaqblu li jwettqu sforzi kollaborattivi fil-qasam tar-riċerka u żvilupp, partikolarment biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ niġġiesa oħra ewlenin tal-arja, għall-monitoraġġ u l-kejl ta' rati ta' emissjonijiet u konċentrazzjoni ta' dawn in-niġġiesa, kif ukoll biex jifhmu l-effetti ta’ dawn in-niġġiesa fuq is-saħħa u l-ambjent.

Skambju ta’ informazzjoni

Il-partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni, b'mod partikolari dwar dejta rigward:

  • l-emissjonijiet ta’ niġġiesa oħra ewlenin tal-arja (jibdew bid-dijossidu tal-kubrit) u l-effetti tagħhom;
  • aspetti li x’aktarx jikkawżaw bidliet sinifikanti fit-tniġġis tal-arja transkonfinali fuq distanza twila (partikolarment f’politiki nazzjonali u żviluppi industrijali);
  • teknoloġiji ta’ kontroll għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja; u
  • politiki u strateġiji nazzjonali biex jiġġieldu n-niġġiesa ewlenin tal-arja.

Kooperazzjoni dwar il-monitoraġġ tat-tniġġis

  • Il-partijiet jaqblu li jipparteċipaw fil-programm kooperattiv għall-monitoraġġ u evalwazzjoni tal-pollutanti transkonfinali tal-arja u fit-tul (EMEP). Dan il-programm, li l-attivitajiet tiegħu huma ffinanzjanti taħt protokoll separat (il-Protokoll tal-EMEP), għandu l-għan li jipprovdi lill-partijiet tal-konvenzjoni bi:
    • informazzjoni xjentifika rigward il-monitoraġġ tal-atmosfera, mudelli tal-kompjuter;
    • l-evalwazzjoni tal-emissjonijiet; u
    • l-iżvilupp ta’ tbassir.
  • Biex din il-kooperazzjoni tkun suċċess, il-Konvenzjoni tippermetti:
    • li l-programm, li inizjalment iffoka fuq il-monitoraġġ tad-dijossidu tal-kubrit u sustanzi relatati, jiġi estiż għal niġġiesa oħra ewlenin tal-arja;
    • li jkun hemm monitoraġġ tal-kompożizzjoni ta’ mezzi suxxettibbli għall-kontaminazzjoni permezz ta’ dawn in-niġġiesa (ilma, ħamrija u veġetazzjoni), kif ukoll tal-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent;
    • il-ġenerazzjoni ta' dejta meteoroloġika u xjentifika relatata mal-proċessi waqt it-trażmissjoni;
    • l-użu, kull meta jkun possibbli, ta’ monitoraġġ u metodi ta’ mudelli komparabbli jew standardizzati;
    • l-integrazzjoni tal-EMEP fi programmi nazzjonali u internazzjonali relevanti;
    • l-iskambju regolari ta’ dejta miksuba mill-monitoraġġ.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-KONVENZJONI?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mill-11 ta' Ġunju 1981.

Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Marzu 1983, 90 jum wara d-data tad-depożitu tal-24 strument ta' ratifika, aċċettanza, approvazzjoni jew adeżjoni.

SFOND

  • Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-tniġġis Transkonfinali tal-Arja f'Distanza Twila tistabbilixxi sistema li tippermetti lill-gvernijiet jaħdmu flimkien bil-għan li jipproteġu s-saħħa u l-ambjent mit-tniġġis tal-arja li jista’ jaffettwa diversi pajjiżi. Il-konvenzjoni ġiet iffirmata fl-1979 f’Ġinevra, fi ħdan il-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), u daħlet fis-seħħ fl-1983.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/462/KEE tal-11 ta’ Ġunju 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar it-tniġġis transkonfini ta' l-arja f'distanza twila (ĠU L 171, 27.6.1981)

Il-Konvenzjoni dwar it-tniġġis transkonfini ta' l-arja f'distanza twila - Riżoluzzjoni dwar it-tniġġiz transkonfini ta' l-arja f'distanza twila (ĠU L 171, 27.6.1981)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/277/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP) (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/361/KEE tas-17 ta’ Mejju 1993 dwar l-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja tat-transkonfini fuq medda twila li tikkonċerna l-kontroll ta' emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu jew il-flussi tat-transkonfini tagħhom (ĠU L 149, 21.6.1993, pp. 14-15)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/686K/EE tat-23 ta’ Marzu 1998 dwar il-ftehim milħuq mill-Komunità Ewropea fuq il-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' l-1979, dwar it-tniġġis transkonfini ta' l-arja fuq distanza twila, rigward iżjed tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-kubrit [ĠU L 326, 3.12.1998, p. 34)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet (ĠU L 85, 29.3.1999, pp. 1–22)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/379/KE tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila fuq Metalli Tqal (ĠU L 134, 17.5.2001, p. 40)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfini fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art (ĠU L 179, 17.7.2003, pp. 1-2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta’ Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-1988 tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini ta' l-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35-36)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (EU) 2016/768 tal-21 ta’ April 2016 dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Twila li Jikkonċerna l-Metalli Tqal (ĠU L 127, of 18.5.2016, pp. 8-20)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (EU) 2016/769 tal-21 ta’ April 2016 dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (ĠU L 127, 18.5.2016, pp. 21-31)

l-aħħar aġġornament 08.12.2016

Top