Help Print this page 
Title and reference
Informazzjoni ambjentali — aċċess għall-pubbliku (Konvenzjoni ta’ Aarhus

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Informazzjoni ambjentali — aċċess għall-pubbliku (Konvenzjoni ta’ Aarhus

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1367/2006 — applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet u korpi varji tal-UE, jimplimentaw l-obbligi li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Dawn l-obbligi jiggarantixxu l-aċċess pubbliku* għall-informazzjoni, parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjoni u fl-aċċess għall-ġustizzja dwar kwistjonijiet ambjentali.

PUNTI EWLENIN

Istituzzjonijiet u korpi tal-UE għandhom:

jiggarantixxu l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali* li jirċievu jew jipproduċu,

jiżguraw li l-informazzjoni ambjentali tkun magħmula disponibbli u mxerrda lill-pubbliku b’mod progressiv,

jipprovdu għall-parteċipazzjoni pubblika bikrija u effettiva dwar pjanijiet u programmi ambjentali,

jagħtu l-aċċess pubbliku għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali tal-UE,

jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju meta tiġi trattata talba għal informazzjoni ambjentali,

jorganizzaw l-informazzjoni f’bażi ta’ data li l-pubbliku jista’ jaċċessa faċilment,

jaġġornaw l-informazzjoni kif xieraq u jiżguraw li hija preċiża u komparattiva,

jinfurmaw lill-applikant fi żmien 15-il jum xogħol jekk ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba.

Bażi ta’ data jew reġistri ambjentali għandu jkun fihom:

testi ta’ trattati internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehimiet, politiki, pjanijiet u programmi,

rapporti dwar il-progress fuq l-implimentazzjoni tal-affarijiet imsemmija hawn fuq,

passi meħuda fil-proċedimenti għall-ksur tal-liġi tal-UE,

monitoraġġ tad-data tal-attivitajiet li jistgħu jaffettwaw l-ambjent,

awtorizzazzjonijiet mogħtija li jistgħu jaffettwaw l-ambjent,

studju tal-impatt u valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali.

Organizzazzjonijiet mhux governattivi li jissodisfaw ċerti kriterji jistgħu jitolbu lil istituzzjoni tal-UE biex twettaq reviżjoni interna ta’ kwistjoni ambjentali.

Talbiet għall-informazzjoni huma kkunsidrati li huma miftuħin għall-pubbliku. Jistgħu jiġu rrifjutati biss f’ċirkostanzi speċifiċi, bħal proċeduri legali li jkunu għadhom għaddejjin jew li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent permezz ta’, pereżempju, l-iżvelar ta’ siti ta’ tgħammir ta’ speċi rari.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2006. Sar applikabbli mit-28 ta’ Ġunju 2007.

SFOND

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus

TERMINI EWLENIN

* Il-pubbliku: persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar, inkluż assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ nies.

* Informazzjoni ambjentali: kwalunkwe forma ta’ informazzjoni miktuba, viżiva, fonetika, elettronika jew forma oħra dwar kwistjonijiet ambjentali.

ATT

Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13–19)

l-aħħar aġġornament 18.11.2015

Top