Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ir-regolazzjoni tal-għelejjel immodifikati ġenetikament (GM): Id-drittijiet tal-pajjiżi tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Ir-regolazzjoni tal-għelejjel immodifikati ġenetikament (GM): Id-drittijiet tal-pajjiżi tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Timmira li tagħmel il-proċedura għall-għoti ta' kunsens għar-rilaxx intenzjonat u tpoġġija fis-suq ta’ organiżmi ġenetifikament modifikati (OĠM)* aktar effiċjenti u aktar trasparenti.

Tillimta wkoll kunsens bħal dan għall-perjodu ta’ 10 snin (rinnovabbli) u tintroduċi monitoraġġ obbligatorju wara li l-OĠMs ikunu tqiegħdu fis-suq.

PUNTI EWLENIN

Din id-direttiva tipprovdi:

sistema għall-valutazzjoni każ b’każ tar-riskji ambjentali assoċjati mar-rilaxx tal-OĠMs;

għanijiet komuni għall-monitoraġġ tal-OĠMs wara r-rilaxx intenzjonat tagħhom fis-suq; u

mekkaniżmu li jimmodifika, jissospendi jew itemm intenzjonalment ir-rilaxx tal-OĠMs ladarba l-informazzjoni rigward ir-riskji tar-rilaxx issir disponibbli.

Tikkettar tal-OĠM u konsultazzjoni pubblika huma magħmulin obbligatorji. Il-Kummissjoni Ewropea hija obbligata tikkonsulta l-kumitati xjentifiċi kompetenti dwar kull kwistjoni li taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

Reġistri jridu jiġu stabbiliti għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar modifiki ġenetiċi fil-OĠMs flimkien mal-post tagħhom. Regola dwar l-operazzjoni ta’ dawn ir-reġistri huma stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/204/KE.

Il-Kummissjoni trid tippubblika rapport dwar l-esperjenza tal-OĠMs impoġġijin fis-suq u sommarju tal-miżuri meħuda mill-pajjiżi tal-UE biex jimplimentaw din id-direttiva kull 3 snin.

Filwaqt li din id-direttiva tippermetti lill-pajjiżi tal-UE biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu r-rilaxx tal-OĠMs li jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, id-Direttiva (UE) 2015/412 temendah u tippermetti pajjiżi tal-UE biex jipprojbixxu jew jirrestrenġu OĠMs fuq bażi usa' bħal ippjanar urban u rurali, użu tal-art, impatti soċjo-ekonomiċi, ko-eżistenti u politika pubblika.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din daħlet fis-seħħ fis-17 ta' April 2001. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sas-17 ta' Ottubru 2002.

SFOND

Din id-Direttiva hija biss waħda mill-bosta komponenti fundamentali tal-qafas legali tal-UE għall-OĠMs. Il-komponenti fundamentali l-oħrajn huma d-direttivi u r-regolamenti (li jiffukaw fuq kwistjonijiet bħal ikel immodifikat ġenetikament jew movimenti transkonfinali tal-OĠMs), li jaħdmu biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u jiżguraw it-traċċabiltà tal-OĠMs imqiegħda fis-suq.

TERMINI EWLENIN

* Rilaxx intenzjonat tal-OĠMs: fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni, kwalunkwe introduzzjoni internazzjonali fl-ambjent tal-OĠMs mingħajr miżuri speċifiċi ta’ konteniment.

* Organiżmi ġenetikament modifikati: l-użu ta’ tekniki ta’ bijoteknoloġija moderna msejħa teknoloġija tal-ġeni, l-għamla ġenetika taċ-ċelloli ħajjin u organiżmi li jistgħu jiġu mmodifikati. Dan jippermetti lill-bniedem biex inissel pjanti u annimali li jistgħu, pereżempju, ikollhom redditu jew reżistenza ogħla għall-mard.

ATT

Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE – Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 106, 17.4.2001, pp. 1-39)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/18/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għall-informazzjoni.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1-23)

Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24-28). Ara l-verżjoni konsolidata

Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1-10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/204/KE tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-operazzjoni tar-reġistri għar-reġistrazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-modifikazzjonijiet ġenetiċi fil-GMOs, kif provdut għalihom fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 3.3.2004, p. 20-22)

l-aħħar aġġornament 02.12.2015

Top