Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà ambjentali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà ambjentali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli bbażati fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Dan ifisser li kumpanija li tikkawża danni ambjentali hija responsabbli għal dan id-dannu u għandha tieħu l-azzjoni preventiva jew ta’ rimedju neċessarja u ġġarrab l-ispejjeż relatati kollha.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tiddefinixxi danni ambjentali bħala:

Id-definizzjoni tinkludi r-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja (minħabba li dan jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-art jew tal-ilma), l-ilma intern tal-wiċċ u l-ilma li jinsab taħt l-art, u kwalunkwe rilaxx apposta fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati kif definit mid-Direttiva 2001/18/KE.

Kamp ta’ applikazzjoni

Hemm żewġ xenarji fejn tista’ sseħħ responsabbiltà.

  • 1.

    1. Danni ambjentali kkawżati minn kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva, bħal:

    • industriji tal-enerġija
    • il-produzzjoni u l-ipproċessar ta’ metalli
    • industriji tal-minerali
    • industriji tal-kimika
    • ġestjoni tal-iskart
    • produzzjoni ta’ polpa, ta’ karta u bords fuq skala kbira, żebgħa ta’ tessuti u konzeriji
    • produzzjoni ta’ laħam, ħalib u ikel fuq skala kbira.
  • 2.

    Danni ambjentali lil speċi protetti u ħabitats naturali (jew it-theddida imminenti tagħhom) ikkawżati minn attivitajiet okkupazzjonali għajr dawk elenkati fl-Anness III, u jekk il-kumpanija tkun naqset jew hija negliġenti.

Eċċezzjonijiet

L-eċċezzjonijiet jinkludu l-kunflitt armat, diżastru naturali, responsabbiltà għal tipi ta’ danni ambjentali koperti minn konvenzjonijiet internazzjonali (eż. tniġġis tal-baħar), u riskji nukleari, li huma koperti mit-Trattat Euratom.

Azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju

  • Jekk ikun hemm theddida imminenti li jseħħ xi dannu, il-kumpanija għandha, bla telf ta’ żmien, tieħu l-miżuri preventivi li jkun hemm bżonn.
  • Jekk id-dannu jkun diġà seħħ, il-kumpanija trid tinforma lill-awtoritajiet minnufih u tieħu passi biex iġġestixxi s-sitwazzjoni sabiex tipprevjeni aktar danni u theddid għas-saħħa tal-bniedem, u tieħu azzjoni ta’ rimedju xierqa.

Il-kumpanija għandha tħallas għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni u rimedju, għajr f’ċerti sitwazzjonijiet, eż. jekk id-dannu jkun seħħħ minn parti terza minkejja l-miżuri ta’ sigurtà adegwati, jew li jirriżultaw minn konformità ma’ struzzjoni uffiċjali.

Implimentazzjoni

  • Rapport ta’ implimentazzjoni tal-2016 ħares lejn l-esperjenza ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva bejn l-2007 u l-2013, inkluż evalwazzjoni mwettqa taħt REFIT, il-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
  • Ir-rapport jikkonferma li filwaqt li d-direttiva għad ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha, kienet effettiva fir-rigward tar-rimedji għad-danni ambjentali u fl-għoti ta’ inċentivi għall-prevenzjoni.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-30 ta’ April 2004. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-30 ta’ April 2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara Responsabbiltà Ambjentali fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill ta’ l-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, pp. 56-75

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/35/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija għal raġunijiet ta’ informazzjoni biss

DOKUMENTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar ta’ dannu ambjentali (COM(2016) 204 final, 14.4.2016)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni REFIT Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali li Takkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar ta’ dannu ambjentali (SWD(2016) 121 final,14.4.2016)

l-aħħar aġġornament 05.10.2016

Top