Help Print this page 
Title and reference
Limiti tal-emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Limiti tal-emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja

L-UE hija impenjata li tiżgura li l-pubbliku jiġi protett mir-riskji għas-saħħa kkawżati mit-tniġġis tal-arja u li l-livelli tat-tniġġis eżistenti ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

ATT

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi.

SOMMARJU

L-UE hija impenjata li tiżgura li l-pubbliku jiġi protett mir-riskji għas-saħħa kkawżati mit-tniġġis tal-arja u li l-livelli tat-tniġġis eżistenti ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi limiti fuq l-emissjonijiet nazzjonali totali minn 4 inkwinanti - diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili u ammonijaka. Dawn jistgħu jikkawżaw aċidifikazzjoni (eż. il-kompożizzjoni kimika tal-aċidifikanti tal-baħar), tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija (etrofikazzjoni) u ożonu troposferiku (ożonu li jirriżulta mir-reazzjoni tal-4 inkwinanti mas-sħana u mad-dawl tax-xemx). L-azzjoni tal-UE tkompli tkun neċessarja minħabba n-natura transkonfinali persistenti ta’ dawn l-inkwinanti. Il-limiti huma l-ewwel pass lejn għanijiet aktar ambizzjużi fuq perjodu ta’ żmien itwal.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE kellhom jiżguraw li, sal-2010, l-emissjonijiet tal-4 inkwinanti jkunu taħt il-livelli massimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u jibqgħu baxxi fis-snin sussegwenti.

Kull pajjiż kellu jfassal programm nazzjonali sal-1 ta’ Ottubru 2002 sabiex ikun jista’ jilħaq dawn il-miri. Dawn il-programmi kellhom jinkludu l-politiki u l-miżuri li riedu jittieħdu u l-impatt probabbli tagħhom. Jekk ikun meħtieġ, dawn kellhom jiġu aġġornati fl-2006.

Il-programmi kellhom u għadhom iridu jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku u għal organizzazzjonijiet ambjentali u oħrajn.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipproduċu inventarji u projezzjonijiet tal-emissjonijiet annwali u jippreżentawhom lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent sal-aħħar ta’ kull sena.

Il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-progress li sar u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2012.

Il-leġiżlazzjoni ma tkoprix l-emissjonijiet internazzjonali mis-settur marittimu u mis-settur tal-inġenji tal-ajru, jew l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji, fid-dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza, fil-Madeira jew fl-Azores.

Billi t-tniġġis tal-arja huwa problema internazzjonali li taqsam il-fruntieri nazzjonali, f’Ġunju 2003, l-UE aderixxiet mal-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tinġis tal-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta’ ma’ Wiċċ l-Art.

Fl-2013, il-Kummissjoni nnotat li l-kwalità tal-arja tal-Ewropa kienet tjiebet b’mod sinjifikanti, iżda xorta waħda kienet qiegħda tonqos milli tilħaq il-miri stabbiliti. Il-valutazzjoni, kif stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, kienet akkumpanjata minn leġiżlazzjoni proposta.

Din hija mfassla biex tieħu post il-leġiżlazzjoni oriġinali (id-Direttiva 2001/81/KE), biex testendi l-livelli massimi tal-emissjonijiet nazzjonali sal-2020 u biex tintroduċi oħrajn ġodda għall-2025.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġna elettronika tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Livelli Massimi tal-Emissjonijiet Nazzjonali.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2001/81/KE

27.11.2001

27.11.2002

ĠU L 309 tas-27.11.2001, p. 22-30

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

It-Trattat tal-Adeżjoni

1.5.2004

-

ĠU L 236 tat-23.9.2003, p. 703-707

Direttiva 2006/105/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 352M tal-31.12.2008, p. 883-923

Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009

20.4.2009

-

ĠU L 87 tal-31.3.2009, p. 109-154

Direttiva 2013/17/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013, p. 193-229

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tinġis tal-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta’ ma’ Wiċċ l-Art (ĠU L 179 tas-17.7.2003, p. 1-2).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa (COM(2013) 918 final tat-18.12.2013).

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013) 920 final tat-18.12.2013).

L-aħħar aġġornament: 21.05.2015

Top