Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-użu tal-ħama tad-drenaġġ fil-biedja

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-użu tal-ħama tad-drenaġġ fil-biedja

Direttiva 86/278 - protezzjoni tal-ħamrija meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura

ATT

Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura

SOMMARJU

X’TAGĦMEL-ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli dwar kif il-bdiewa jistgħu jużaw il-ħama tad-drenaġġ bħala fertilizzant, biex jevitaw li din tagħmel ħsara lill-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minħabba li tikkomprometti l-kwalità tal-ħamrija jew tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.

Għal dan il-għan, tistabbilixxi limiti fuq il-konċentrazzjonijiet permessi fil-ħamrija ta’ seba’ metalli tqal li jistgħu jkunu tossiċi għall-pjanti u l-bnedmin:

il-kadmju,

ir-ram,

in-nikil,

iċ-ċomb,

iż-żingu,

il-merkurju,

il-kromju.

Hija tipprojbixxi l-użu tal-ħama tad-drenaġġ li jħalli konċentrazzjonijiet ogħla minn dawn il-limiti.

PUNTI EWLENIN

Il-limiti speċifiċi jinsabu fl-annessi tad-direttiva:

Anness IA - metalli tqal fil-ħamrija,

Anness IB - metalli tqal fil-ħama,

Anness IC - valuri ta' limitu għal ammonti ta’ metalli tqal li jistgħu jiżdiedu kull sena mal-ħamrija.

Normalment, il-ħama trid tiġi ttrattata qabel tintuża fil-biedja. Madankollu, f’xi pajjiżi tal-UE l-bdiewa jistgħu jkunu permessi wkoll jużaw ħama mhux ittrattata jekk din tiġi injettata jew maħduma fil-ħamrija.

F’ċerti sitwazzjonijiet, il-ħama ma tista’ tintuża qatt fil-biedja:

fuq bwar jew għelejjel ta' ħxejjex li jintużaw għall-għalf tal-annimali li jkunu ser jirgħu fuqhom l-annimali u għal minimu ta’ tliet ġimgħat qabel l-għelejjel ikunu se jinħasdu,

fuq għelejjel tal-frott jew tal-ħxejjex matul l-istaġun tat-tkabbir. Din ir-regola ma tinkludix is-siġar tal-frott,

fuq ħamrija użata biex jitkabbru għelejjel tal-frott jew tal-ħxejjex li normalment ikunu f’kuntatt dirett jew jittieklu nejjin. Din il-projbizzjoni tapplika għal 10 xhur qabel il-ħsad u matul il-ħsad innifsu.

L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli biex jiżguraw li l-użu tal-ħama mill-bdiewa ma jaqbiżx il-limiti legali; dawn għandhom jieħdu kampjuni u janalizzaw il-ħama u l-ħamrija li fuqha tintuża u jżommu rekord ta’:

l-ammont prodott u użat fil-biedja,

il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet tagħha,

kif ġiet ittrattata,

fejn tintuża u min jużaha.

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport regolari dwar l-użu tal-ħama fil-biedja fl-UE, li jiġbor flimkien l-informazzjoni rrapportata mill-pajjiżi individwali dwar dan is-suġġett.

SFOND

Ħama tad-drenaġġ - regoli tal-UE.

TERMINI EWLENIN

* Ħama tad-drenaġġ - ħama minn impjanti domestiċi jew urbani għat-trattament tal-iskart, tankijiet settiċi u impjanti simili għat-trattament tad-drenaġġ.

* Ħama ttrattata - ħama li tkun għaddiet minn trattament bioloġiku, kimiku jew termali, ħażna fuq perjodu twil ta’ żmien jew minn proċess xieraq ieħor biex inaqqas b’mod sinifikanti l-fermentabilità tagħha (u b’hekk inaqqas ir-riskju tagħha għas-saħħa).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 86/278/KEE

18.6.1986

18.6.1989

ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6-12

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 91/692/KEE

23.12.1991

1.1.1993

ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48-54

Regolament (KE) Nru 219/2009

20.4.2009

-

ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109-154

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 86/278/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 14.09.2015

Top