Help Print this page 
Title and reference
Statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart

L-Unjoni Ewropea (UE) ħolqot qafas għall-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ġenerazzjoni, l-irkupru u r-rimi tal-iskart.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart.

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) ħolqot qafas għall-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ġenerazzjoni, l-irkupru u r-rimi tal-iskart.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Din il-liġi tippermetti l-ġbir ta’ dejta regolari u komparabbli fil-pajjiżi tal-UE u t-trasmissjoni tagħha lill-Eurostat. L-istatistika miġbura tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika dwar l-iskart tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Il-liġi tkopri l-produzzjoni ta’ statistika mill-pajjiżi tal-UE u mill-Kummissjoni fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom:

il-ġenerazzjoni tal-iskart (l-Anness I għar-Regolament);

l-irkupru u r-rimi tal-iskart (l-Anness II għar-Regolament).

Nomenklatura

Il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni huma mitluba li jużaw in-nomenklaturi (kategoriji) stabbiliti fl-Annessi I sa III sabiex jipproduċu l-istatistika tagħhom. Dawn in-nomenklaturi jirreferu għall-kategoriji tal-iskart (eż. skart ta’ solventi, minerali u metalli rradjati), l-attivitajiet ekonomiċi (li jvarjaw minn tħaffir fil-minjieri għall-produzzjoni tal-ikel u tat-tessuti) u l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart (eż. is-sistema tad-drenaġġ, it-trattament tal-iskart industrijali jew l-irkupru tal-materjal).

Ġbir ta’ dejta

Id-dejta użata sabiex tipproduċi l-istatistika għandha tinġabar permezz ta’ stħarriġ, proċeduri ta’ stima statistika jew riferiment għal sorsi amministrattivi jew sorsi oħrajn. Sakemm ma jiġġenerawx ammonti kbar ta’ skart, l-impriżi b’inqas minn 10 impjegati huma esklużi mill-istħarriġ.

It-trasmissjoni tal-istatistika lill-Eurostat

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jittrasmettu r-riżultati tal-istatistika (inkluża dejta kunfidenzjali) lill-Eurostat fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tal-perjodi ta’ referenza stipulati fl-Annessi I u II. Il-frekwenza hija biennali.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni jew l-emendar tar-Regolament. Dawn il-miżuri huma relatati ma’:

il-format xieraq għat-trasmissjoni tar-riżultati mill-pajjiżi tal-UE;

l-aġġustament għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi fil-ġbir, l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tal-istatistika;

l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Annessi I, II u III;

il-formulazzjoni ta’ kriterji xierqa għall-valutazzjoni tal-kwalità;

l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-istudji pilota.

Kull 3 snin, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika mħejjija skont dan ir-Regolament, il-kwalità tagħha u l-piż fuq in-negozji.

MINN META BEDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Mid-29 ta’ Diċembru 2002.

Għal aktar informazzjoni, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002

29.12.2002

-

ĠU L 332 tad-9.12.2002, p. 1-36

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 574/2004

16.4.2004

-

ĠU L 90 tas-27.3.2004, p. 15-47

Ir-Regolament (KE) Nru 783/2005

14.6.2005

-

ĠU L 131 tal-25.5.2005, p. 38-41

Ir-Regolament (KE) Nru 221/2009

20.4.2009

-

ĠU L 87 tal-31.3.2009, p. 157-159

Ir-Regolament (UE) Nru 849/2010

18.10.2010

-

ĠU L 253 of 28.9.2010, p. 2-41

L-emendi u l-korrezzjonijiet sussegwenti għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur purament dokumentarju .

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2005 tal-5 ta’ Settembru 2005 li jiddefinixxi l-kriterji xierqa għall-evalwazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistika tal-iskart għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 229 tas-6.9.2005, p. 6-12).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 tal-24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 131 tal-25.5.2005, p. 26-37).

L-aħħar aġġornament: 20.05.2015

Top