Help Print this page 
Title and reference
Il-kwalità tal-petrol u tad-diesel: kubrit u ċomb

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-kwalità tal-petrol u tad-diesel: kubrit u ċomb

 

SOMMARJU

L-UE introduċiet regoli li jipprojbixxu petrol biċ-ċomb u li jillimitaw l-ammont ta' kubrit fi fjuwils tad-diesel sabiex itjebu l-kwalità tal-arja u jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra (GHG).

X'TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Flimkien mal-atti emendatorji, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati għall-petrol, diesel u bijokarburanti użati fit-trasport bit-triq, kif ukoll għaż-żjut tal-gass użati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq*.

PUNTI EWLENIN

Petrol

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jpoġġu biss fis-suq petrol li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-petrol li jintużaw meta l-petrol ikkummerċjalizzat jinbiegħ fl-UE (elenkat fl-Anness I ta' din id-Direttiva).

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jikkummerċjalizzaw biss petrol bi kwantitajiet żgħar ħafna ta' ċomb għall-użu biss minn vetturi antiki. Il-kontenut ta' ċomb ma jistax ikun iktar minn 0.15g/l, u jista' jikkostitwixxi massimu ta' 0.03% tal-bejgħ totali.

Ċerti pajjiżi tal-UE għandhom l-għażla li jpoġġu fis-suq petrol bi pressjoni tal-fwar ogħla matul is-sajf jekk it-temperatura tkun baxxa jew jekk ikun hemm taħlitiet ogħla ta' ethanol fil-petrol (li jirriżultaw fi pressjoni aktar baxxa tal-fwar). Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta d-durata u kemm dawn l-eċċezzjonijiet huma mixtieqa.

Diesel

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jpoġġu biss fis-suq diesel li jikkonforma mal-Anness II. L-Anness II jelenka numru ta' speċifikazzjonijiet li jintużaw meta jiġi kkummerċjalizzat diesel mibjugħ fl-UE.

Jekk ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha fl-Anness II ma jiġux issodisfati, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jintroduċu diesel b'methyl esters b'aċidi grassi (FAME - fatty-acid methyl esters) ogħla, li huma l-molekuli primarji fil-fjuwil bijodiesel.

Il-kontenut ta' kubrit tad-diesel ma għandux jaqbeż l-10 mg/kg.

Xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola huma possibbli għal reġjuni remoti u għal pajjiżi tal-UE b'temp xitwi sever.

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassjiet serra

Il-pajjiżi tal-UE ipoġġu r-responsabilità fuq il-fornituri tal-fjuwil għall-monitoraġġ u r-rapportar annwali fuq l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' gassijiet* serra mill-fjuwil.

Il-fornituri tal-fjuwil għandhom gradwalment inaqqsu ċ-ċiklu tal-ħajja ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja b'6% sal-31 ta' Diċembru 2020.

Rapportar

Kull sena, sat-30 ta' Ġunju, il-pajjiżi tal-UE għandhom jissottomettu informazzjoni dwar il-kwalità tal-fjuwil nazzjonali tagħhom f'rapport li jiġbor id-dejta kollha mis-sena kalendarja preċedenti. Id-dejta għandha tinġabar minn sistema ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil b'mod konformi ma' standards tal-UE relevanti.

TERMINI EWLENIN

*Makkinarju mobbli mhux tat-triq – numru kbir ta' installazzjonijiet ta' magni f'makkinarju użat għal għanijiet li mhumiex dawk ta' ġarr ta' oġġetti jew passiġġieri, bħal bulldozers, kumpressuri, back-loaders, jew front-loaders.

*Rapportar ta' emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra – rapportar fuq l-emissjonijiet mill-estrazzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-fjuwils.

ATT

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 98/70/KE

28.12.1998

1.7.1999

ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58–68

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2000/71/KE

4.12.2000

1.1.2001

ĠU L 287, 14.11.2000, p. 46–50

Direttiva 2003/17/KE

22.3.2003

30.6.2003

ĠU L 76, 22.3.2003, p. 10–19

Regolament (UE) Nru 1882/2003

20.11.2003

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1–53

Direttiva 2009/30/KE

25.6.2009

31.12.2010

ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88–113

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 98/70/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

2005/27/KE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2005 fuq xhiex, għall-għanijiet tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fjuwils tal-petrol u tad-diesel, jikkostitwixxi disponibilita ta' fjuwil tal-petrol bla ċomb u diesel b'kontenut ta' sulfur massimu fuq bażi ġeografika bbilanċjata b'mod xieraq (ĠU L 15, 19.1.2005, p. 26–29)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 3–5)

l-aħħar aġġornament 06.10.2015

Top