Help Print this page 
Title and reference
Il-Programm LIFE+

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-Programm LIFE+

Il-programm LIFE+ jiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi li jikkonċernaw l-ambjent. B’mod partikolari, dan il-programm jiffaċilita l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali fil-politiki l-oħra u, b’mod aktar ġenerali, jieħu sehem fl-iżvilupp sostenibbli. Il-programm LIFE+ jieħu post ċertu numru ta’ strumenti finanzjarji ddedikati għall-ambjent fosthom il-programm LIFE li ġie qablu.

ATT

Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+).

SOMMARJU

Kif jindika ismu, il-programm LIFE+ huwa s-suċċessur tal-programm LIFE mniedi fl-1992. Bħall-predeċessur tiegħu, LIFE+ jikkofinanzja proġetti favur l-ambjent fl-Unjoni Ewropea (UE) u f’ċerti pajjiżi terzi (pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-UE, pajjiżi tal-EFTA li huma membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni). Il-proġetti ffinanzjati jistgħu jistgħu jiġu minn atturi, korpi jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati.

It-tliet komponenti tematiċi

Il-programm LIFE+ jinqasam fi tliet komponenti:

  • “Natura u Bijodiversità” LIFE+;
  • “Politika Ambjentali u Tmexxija” LIFE+, u
  • “Informazzjoni u Komunikazzjoni” LIFE+.

Il-programm strateġiku pluriennali dispost fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jagħti d-dettalji tal-oqsma ta’ azzjoni prijoritarji.

Id-dewmien u r-riżorsi baġitarji

Il-pakkett finanzjarju ta’ LIFE+ huwa ta’ EUR 2 143,409 miljun għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-għażla tal-proġetti

Kull sena, il-Kummissjoni tibgħat appell għal proposti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-programm starteġiku pluriennali dispost fl-Anness II u l-prijoritajiet nazzjonali eventwali li ġew trażmessi lilu. Il-Kummissjoni tiddeċiedi liema proġetti, minn fost dawn li jiġu ppreżentati lilha, jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju ta’ LIFE+ u din tippubblika l-lista ta’ dawn il-proġetti b’mod regolari.

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

Il-proġetti ffinanzjati jridu jwieġbu għall-kriterji li ġejjin:

  • ikunu ta’ interess Komunitarju billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni u l-aġġornar tal-politika u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ambjent;
  • ikunu teknikament u finanzjarjament koerenti u possibbli, u joffru rapport tajjeb bejn l-ispejjeż u l-effikaċja;
  • tal-inqas jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

It-tipi ta’ interventi

Il-finanzjament Komunitarju jingħata f’diversi forom:

  • kemm sovvenzjonijiet (ftehimiet qafas ta’ sħubijiet, parteċipazzjoni f’mekkaniżmi finanzjarji jew f’fond, kofinanzjament ta’ sovvenzjonijiet ta’ funzjonament jew ta’ azzjoni);
  • kemm ta’ swieq pubbliċi (xiri ta’ servizzi u prodotti).

Il-programmazzjoni

Tal-inqas 78 % tar-riżorsi ta’ LIFE+ jintużaw għas-sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti. Il-kofinanzjament ta’ sovvenzjonijiet jitla’ sa massimu ta’ 50 % mill-ispejjeż eliġibbli; minkejja dan, għall-proġetti ta’ protezzjoni ta’ ħabitats jew ta’ speċi prijoritarji, LIFE+ jista’ jiffinanzja sa 75 % ta’ dawn l-ispejjeż. Tal-inqas 50 % tal-fondi affettwati għal sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti huma riżervati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. Barra minn hekk, tal-inqas 15 % tal-fondi mogħtija għal sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti huma riżervati għal proġetti transnazzjonali.

Il-proġetti kofinanzjati jridu jitqassmu b’mod proporzjonali mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar tistabbilxxi allokazzjonijiet annwali indikattivi għall-perjodi 2007–2010 u 2010–2013, fuq il-bażi tal-popolazzjoni totali u d-densità totali ta’ kull Stat Membru, kif ukoll fuq il-bażi tal-erja taż-żoni ta’ importanza Komunitarja ta’ kull Stat Membru u l-parti tat-territorju ta’ kull Stat Membru kopert minn żoni ta’ importanza Komunitarja. Jistgħu jingħataw fondi addizzjonali lill-Istati Membri mingħajr kosta.

Il-komplimentarjetà bejn l-istrumenti finanzjarji

LIFE+ ma jiffinanzjax miżuri li jilħqu l-kriterji ta’ strumenti finanzjarji Komunitarji oħra jew li jirċievu appoġġ minn dawn, kemm jekk dan ikun il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività, il-Fond Ewropew għas-Sajd kif ukoll is-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ wiri.

Sorveljanza u kontroll

Il-Kummissjoni tiżgura finanzjamenti, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-proġetti kif ukoll, eventwalment, tal-irkupru ta’ somom imħallsa bi żball, u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni se twettaq analiżi ta’ nofs il-perjodu ta’ LIFE+.

Kuntest

LIFE+ jieħu post diversi programmi finanzjarji eżistenti (il-programm LIFE, il-programm ta’ kooperazzjoni li jiffavorixxi l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni urbani, il-programm għall-promozzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u Forest Focus ) sabiex jgħaqqadhom f’ġabra waħda ta’ regoli u ta’ proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u sabiex jippermetti immirar aktar koerenti u għalhekk, effikaċja akbar tal-azzjoni Komunitarja. Il-finanzjament mogħti għal dawn il-programmi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ LIFE+ jibqgħu jkunu sottomessi għall-istess regoli sal-kisba tagħhom.

Referenzi

Att

Dħul fis-seħħ - Data ta' skadenza

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 614/2007

12.6.2007 – 31.12.2013

ĠU L 149, 9.6.2007

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2010, intitolata “Reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament LIFE+” (COM(2010) 516 finali — Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

See also

  • Il-Programm LIFE (EN), Direttorat Ġenerali għall-Ambjent

L-aħħar aġġornament: 07.12.2010

Top