Help Print this page 
Title and reference
Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ilma minn nitrati agrikoli

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ilma minn nitrati agrikoli

L-ilma nadif huwa vitali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistemi naturali, għalhekk, l-iżgurar tal-kwalità tal-ilma huwa wieħed mill-aktar elementi importanti tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttiva dwar in-Nitrati tal-1991 hija waħda mill-ewwel leġiżlazzjonijiet tal-UE kontra t-tniġġis.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

SOMMARJU

L-ilma nadif huwa vitali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistemi naturali, għalhekk, l-iżgurar tal-kwalità tal-ilma huwa wieħed mill-aktar elementi importanti tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttiva dwar in-Nitrati tal-1991 hija waħda mill-ewwel leġiżlazzjonijiet tal-UE kontra t-tniġġis.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tnaqqas it-tniġġis tal-ilma minn nitrati użati għal skopijiet agrikoli u li tipprevjeni kull tniġġis ulterjuri. Hija marbuta mill-qrib ma’ politiki oħrajn tal-UE li jindirizzaw il-kwalità tal-ilma u tal-arja, it-tibdil fil-klima u l-agrikoltura.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

jinnominaw bħala żoni vulnerabbli dawk kollha li joskulaw għal ġo ilmijiet li huma jew jistgħu jiġu affettwati minn livelli għolja ta’ nitrati u ewtrofikazzjoni. In-nomina tiġi analizzata u possibbilment riveduta mill-inqas kull 4 snin sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe bidliet li jseħħu;

jistabbilixxu programmi ta’ azzjoni obbligatorji għal dawn iż-żoni, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni d-dejta teknika u xjentifika disponibbli u l-kundizzjonijiet ambjentali globali;

jimmonitorjaw l-effettività tal-programmi ta’ azzjoni;

jittestjaw il-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma ħelu u fl-ilma tal-wiċċ fi stazzjonijiet għat-teħid tal-kampjuni, mill-inqas kull xahar u b’mod aktar frekwenti matul l-għargħar;

iwettqu programm ta’ monitoraġġ komprensiv u jissottomettu, kull 4 snin, rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Ir-rapport jinkludi tagħrif dwar iż-żoni vulnerabbli għan-nitrati, ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma u sommarju tal-aspetti rilevanti tal-kodiċi ta’ prattiki agrikoli tajbin u programmi ta’ azzjoni;

ifasslu kodiċi ta’ prattika agrikola tajba li l-bdiewa japplikaw fuq bażi volontarja. Dan jistabbilixxi diversi prattiki tajbin, bħal meta l-użu tal-fertilizzanti jkun inadegwat;

jipprovdu taħriġ u informazzjoni għall-bdiewa, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi rapport kull 4 snin abbażi tal-informazzjoni nazzjonali li tkun irċeviet.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mid-19 ta' Diċembru 1991.

SFOND

In-nitroġenu huwa nutrijent vitali li jgħin lill-pjanti u l-uċuh tar-raba’ jikbru. Iżda konċentrazzjonijiet għoljin tiegħu huma perikolużi għan-nies u għan-natura u l-użu agrikolu tan-nitrati f’fertilizzanti organiċi u kimiċi jista’ jkun sors ewlieni ta’ tniġġis tal-ilma. Il-biedja hija responsabbli għal aktar minn 50% tal-iskariki totali tan-nitroġenu fl-ilma tal-wiċċ.

Aktar tagħrif:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 91/676/KEE

19.12.1991

19.12.1993

ĠU L 375, 31.12.1991, p. 18

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003

20.11.2003

-

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1-53

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1-54

L-emendi u l-korriġenda suċċessivi għad-Direttiva 91/676/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija għal referenza biss.

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat minn nitrati minn sorsi agrikoli abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu 2008-2011 (COM(2013) 683 finali tal-4.10.2013)

l-aħħar aġġornament 08.09.2015

Top