Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ilma ta’ kwalità tajba fl-Ewropa (id-direttiva tal-UE dwar l-ilma)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ilma ta’ kwalità tajba fl-Ewropa (id-direttiva tal-UE dwar l-ilma)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2000/60/KE – qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma

X'INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli li jwaqqfu d-deterjorament fl-istatus tal-korpi tal-ilma fl-Unjoni Ewropea (UE) u jiksbu “status tajjeb” għax-xmajjar, għal-lagi u għall-ilma ta’ taħt l-art fl-Ewropa sal-2015.

Dan speċifikament jinkludi:

  • il-protezzjoni tal-forom kollha tal-ilma (tal-wiċċ*, tal-art*, intern* u tranżizzjonali*);
  • ir-restorazzjoni tal-ekosistemi f’dawn il-korpi tal-ilma u madwarhom;
  • it-tnaqqis tat-tniġġis fil-korpi tal-ilma;
  • il-garanzija tal-użu sostenibbli tal-ilma minn individwi u negozji.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tpoġġi responsabbiltajiet ċari fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Huma għandhom:

  • jidentifikaw il-baċini tax-xmajjar individwali fit-territorju tagħhom – jiġifieri, l-artijiet tal-madwar li jiskulaw fis-sistemi tax-xmajjar partikolari.
  • jinnominaw awtoritajiet sabiex jimmaniġġjaw dawn il-baċini skont ir-regoli tal-UE.
  • janalizzaw il-karatteristiċi ta’ kull baċin ta’ xmara, inkluż l-impatt tal-attività umana u valutazzjoni ekonomika tal-użu tal-ilma.
  • jimmonitorjaw l-istatus tal-ilma f’kull baċin.
  • jirreġistraw iż-żoni protetti, bħal dawk użati għall-ilma tax-xorb, li jirrikjedu attenzjoni speċjali.
  • jipproduċu u jimplimentaw “pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar” sabiex jipprevjenu d-deterjorament tal-ilma tal-wiċċ, jipproteġu u jtejbu l-ilma ta’ taħt l-art u jippreservaw iż-żoni protetti.
  • jiżguraw li l-ispiża tas-servizzi tal-ilma tiġi rkuprata sabiex b’hekk ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u min iniġġes iħallas.
  • jipprovdu informazzjoni pubblika u konsultazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tagħhom.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-22 ta' Ottubru 2000. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-22 ta' Diċembru 2003.

SFOND

Fl-Unjoni Ewropea, (UE), l-ilma qed jiġi taħt pressjoni li dejjem qed tiżdied mit-tkabbir kontinwu fid-domanda għal kwantitajiet suffiċjenti ta' ilma ta' kwalità tajba għal firxa wiesgħa ta' użu. Din id-Direttiva tfittex li tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ilma.

* TERMINI EWLENIN

Ilma tal-wiċċ: l-ilma intern kollu, ħlief l-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma tranżizzjonali jew l-ilma kostali.:

Ilma ta’ taħt l-art: l-ilma kollu taħt wiċċ l-art.

Ilma intern: l-ilma qiegħed jew l-ilma ġieri kollu fuq wiċċ l-art.

Ilma tranżizzjonali: l-ilma qrib il-bokki tax-xmara, li huma parzjalment salini, iżda fihom flussi sostanzjali ta’ ilma ħelu.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 1–73)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2000/60/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta' valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, pp. 19-31)

Ara l-verżjoni konsolidata

Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, pp. 27-34)

Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, pp. 84-97)

Ara l-verżjoni konsolidata

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni biex Jissalvagwardja r-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa (COM(2012) 673 finali, 14.11.2012)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar: Azzjonijiet lejn l-“istatus tajjeb” tal-ilma tal-UE u t-tnaqqis tar-riskji tal-għargħar (COM(2015) 120 finali, 9.3.2015)

l-aħħar aġġornament 13.02.2017

Top