EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRSs)
SOMMARJU TA’:
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 dwar standards internazzjonali tal-kontabilità
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Dan jeħtieġ li l-kumpaniji kollha tal-UE elenkati (jiġifieri l-kumpaniji tal-UE li għandhom titoli maħruġin fuq suq regolat tal-UE) inkluż banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni, sejrin iħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom skont standards ta’ rapportar finanzjarju (IFRSs)* mill-2005 ’il quddiem.
L-użu ta’ standards tal-kontabbiltà komuni jtejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tal-kontijiet tal-kumpanija, b’hekk iżid l-effiċjenza tas-suq u jnaqqas l-ispiża tal-ġenerazzjoni tal-kapital għall-kumpaniji.
PUNTI EWLENIN
Il-pajjiżi tal-UE għandhom l-għażla li jippermettu jew jirrikjedu li l-kumpaniji nnegozjati pubblikament iħejju wkoll il-kontijiet annwali tagħhom f’konformità mal-IFRSs adottati skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament. Dawn jistgħu wkoll jiddeċiedu li jestendu dan il-permess jew rekwiżit lil kumpaniji mhux innegozjati pubblikament meta jħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom jew il-kontijiet annwali tagħhom.
Sabiex jiżgura sorveljanza politika xierqa, ir-Regolament jintroduċi mekkaniżmu ġdid tal-UE biex jivvaluta l-IFRSs adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ibbażat f’Londra sabiex jagħtihom eżegwibilità fi ħdan l-UE.
Żewġ korpi jassistu f’dan il-proċess:
Il-mekkaniżmu tal-approvazzjoni jinvolvi proċess ta’ żewġ stadji:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 jistabbilixxi l-IFRSs approvati u interpretazzjonijiet relatati. Dan ir-Regolament ġie emendat bosta drabi sabiex jinkludi l-istandards kollha ppreżentati mill-IASB sa mill-2008, inkluż ċerti emendi mill-2012 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, is-sħubiji u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar l-interessi miżmuma f’entitajiet oħrajn.
Paġna fuq is-sit web tal-Kummissjoni li telenka l-emendi kollha għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.
F’Ġunju 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat rapport li jevalwa l-operazzjoni tar-Regolament. Dan jikkonkludi globalment li l-IFRSs kienu ta’ suċċess biex itejbu l-effiċjenza tas-swieq tal-kapital tal-UE billi tejbu t-trasparenza u t-tqabbil tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, ġew identifikati xi oqsma għal titjib, bħal kollaborazzjoni aħjar bejn il-partijiet involuti fil-proċess tal-approvazzjoni.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-14 ta’ Settembru 2002.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, pp. 1-4)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (COM(2015) 301 final, 18.6.2015)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, pp. 1-481)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 29.05.2018