Help Print this page 
Title and reference
Statut għal Kumpanija Ewropea

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Statut għal Kumpanija Ewropea

Il-kumpanija Ewropea (SE) hija struttura legali li tippermetti kumpanija li topera f'pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea (UE) taħt statut wieħed, kif definit mil-liġi tal-UE u komuni għall-pajjiżi tal-UE kollha f'daqqa.

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpannija Ewropea (SE).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema.

SOMMARJU

L-Istatut għal kumpanija Ewropea kien adottat fl-2001 u daħal fis-seħħ fl-2004, xi tletin sena wara li kien propost l-ewwel darba lill-Kummissjoni. Regolament (KE) Nru 2157/2001 li jinstigha (ir-Regolament SE) kien suplimentat mid-Direttiva Nru 2001/86/KE (id-Direttiva SE) li tistabilixxi r-regoli fir-rigward tal-involviment ta’ impjegati fl-SE, b’hekk tirrikonoxxi l-post u r-rwol tagħhom fin-negozju.

Bil-ħolqien ta’ din l-istruttura, l-UE iffaċilitat l-operazzjoni tal-kumpaniji li jixtiequ jespandu n-negozju tagħhom fuq skala komunitarja.

Applikazzjoni flimkien għar-Regolament SE u l-liġi nazzjonali

L-SE bil-kwartieri ġenerali f'pajjiż tal-UE hija regolata:

  • mid-dispożizzjonijiet tar-regolament
  • għal dawk l-aspetti mhux koperti mir-regolament, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni tal-miżuri Ewropej li jimmiraw l-SE b’mod speċifiku u dawk applikabbli għall-kumpaniji b’responsabilità pubblika limitata. Bħala gwida, stralċ, likwidazzjoni, insolvenza u sospensjoni tal-ħlas huma regolati fil-biċċa l-kbira mil-liġi nazzjonali applikabbli.

Regoli għall-istabilitiment ta’ SE

Kumpanija Ewropea hija stabbiilta minn tal-anqas żewġ kumpaniji li joriġinaw minn pajjiżi tal-UE differenti, li jfisser b’mod speċjali li ma tistax tkun maħluqa mingħajr bażi eżistenti. Għandu jkollha kapital minimu ta’ €120 000 u tista’ tinħoloq b’dawn il-modi:

Tip ta’ kostituzzjoni

Tip ta’ kumpanija

Kriterji li għandhom jiġu sodisfatti

Amalgamazzjoni (biex tiġi stabbilita Kumpanija Ewropea)

Kumpaniji b’responsabbilità pubblika limitata

Tal-inqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti tal-UE

Stabbilitment ta’ kumpanija azzjonarja Ewropea

Kumpanija b’responsabbiltà pubblilka limitata jew kumpanija b’responsabbilità limitata

Tal-inqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti tal-UE jew irid ikollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal mill-inqas sentejn

Stabbiliment ta’ sussidjarja Ewropea

Kumpaniji, intrapriżi jew entitajiet legali oħrajn

Tal-inqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti tal-UE jew irid ikollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal mill-inqas sentejn

Konverżjoni

Kumpanija b’responsabililtà pubblika limitata

Il-kumpanija għandu jkollha sussidjarja f’pajjiż ieħor tal-UE għal mill-inqas sentejn

Barra minn hekk, kumpanija Ewropea tista’ toħloq sussidjarja waħda (jew aktar) li huma wkoll kumpaniji Ewropej.

L-uffiċċju reġistrat tal-SE għandu jkun il-post fejn hija jkollha l-amministrazzjoni ċentrali, jiġifieri iċ-ċentru veru tal-oprazzjonijiet. L-SE tista’, iżda, tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat fi ħdan l-UE mingħajr ma jkun hemm għalfejn ixxolji l-kumpanija orġinali u tifforma waħda ġdida.

Ir-reġistrazzjoni u t-tlestija tal-likwidazzjoni ta’ SE tiġi ppubblikata għal informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ strutturi ta’ organizzazzjoni possibbli

L-istatuti tal-kumpanija Ewropea jistgħu jirrelataw ma’ żewġ sistemi differenti:

  • is-sistema b’żewġ livelli li tipprovdi għal bord ta’ mmaniġġjar u bord ta’ superviżjoni flimkien mal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti; u
  • is-sistema b’livell wieħed li tipprovdi biss għal-laqgħa ġenerali u bord amministrattiv.

Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-taxxa

L-SE hija soġġetta għal taxxi u drittijiet fil-pajjiżi tal-UE kollha fejn huma preżenti ċ-ċentri amministrattivi.

Involviment tal-impjegati fl-SE

Ebda SE ma tista’ tkun stabbilita mingħajr mudell tal-involviment tal-impjegti li jintgħażel bi qbil bejn l-amministrazzjoni u l-impjegati infushom. Dan il-ftehim għandu b’neċessità jinkudi proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni u fejn xieraq, involviment tal-impjegati fil-korpi amministrattivi tal-SE. Dan l-involviment huwa madankollu obbligatorju biss jekk l-impjegati diġà bbenefikaw minnu qabel il-ħolqien tal-SE.

Fejn żewġ partijiet ma jistgħux jilħqu arranġament sodisfaċenti, serje ta’ prinċipji standard elenkati fl-anness għad-Direttiva imbagħad japplikaw.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 2157/2001

8.10.2004

-

ĠU L 294, 10.11.2001

Direttiva 2001/86/KE

10.11.2001

8.10.2004

ĠU L 294, 10.11.2001

Att(i) li Jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Regolament (KE) Nru 885/2004

1.5.2004

-

ĠU L 168, 01.5.2004

Regolament (KE) Nru 1791/2006

1.1.2007

-

ĠU L 363, 20.12.2006

Regolment (UE) Nru 517/2013

1.7.2013

-

ĠU L 158, 10.6.2013

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill L-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpanija Ewropea (SE) (KUMM(2010)676 finali - Mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014

Top