Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KEE) Nru 2137/85 – il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

  • Huwa jintroduċi strument legali fuq livell tal-UE fil-forma ta’ Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) maħsuba biex jimminimizzaw id-diffikultajiet legali, fiskali u psikoloġiċi li persuni naturali, kumpaniji, ditti u entitajiet oħra jiffċċjaw meta jikkooperaw b’mod transkonfinali.

PUNTI EWLENIN

Għandu jiġi ffurmat grupp GEIE f’konformità mar-regoli deskritti hawn taħt.

Għan

L-għan tal-grupp huwa li jiffaċilita jew jiżviluppa l-attivitajiet ekonomiċi tal-membri permezz ta’ ġbir flimkien ta’ riżorsi, attivitajiet jew ħiliet. Dan huwa maħsub biex jipproduċi riżultati aħjar milli jekk il-membri jaħdmu waħedhom.

Formazzjoni

  • GEIE jista’ jiġi ffurmat minn kumpaniji, ditti u korpi legali oħrajn regolati minn liġi pubblika jew privata, li ġew stabbiliti bi qbil mal-liġi ta’ pajjiż tal-UE u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat fl-UE. Dan jista’ wkoll jiġi ffurmat minn individwi li jwettqu kull attività industrijali, kummerċjali, tas-sengħa jew tal-biedja jew li jipprovdu servizzi professjonali jew servizzi oħra ġewwa l-UE.
  • GEIE għandu jkollu mill-inqas żewġ membri minn pajjiżi differenti tal-UE.
  • Il-kuntratt għall-istabbiliment ta’ GEIE għandu jinkludi l-isem, l-indirizz uffiċjali u l-għanijiet tiegħu, l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tar-reġistrazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ kull membru tal-grupp u t-tul taż-żmien tal-grupp, għajr fejn dan huwa indefinit. Il-kuntratt għandu jiġi ffajljat fl-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet nominat ta’ kull pajjiż tal-UE. Ir-reġistrazzjoni b’dan il-mod jagħti kapaċità legali sħiħa lill-GEIE madwar l-UE.
  • GEIE ma jistax jistieden investiment mill-pubbliku.
  • GEIE mhux neċessarjament għandu jkun iffurmat bil-kapital. Il-membri jistgħu jużaw mezzi alternattivi ta’ finanzjament.

L-impjegati

GEIE ma jistax jimpjega aktar minn 500 persuna.

Pubblikazzjoni ta’ formazzjoni u dissoluzzjoni

Meta grupp jiġi ffurmat jew xolt, għandu jiġi ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (serje C u S).

Indirizz uffiċjali

L-indirizz uffiċjali ta’ grupp għandu jkun fl-UE. Dan jista’ jiġi trasferit minn pajjiż tal-UE għal ieħor soġġett għal ċerti kundizzjoniiet.

Id-drittijiet tal-vot u l-korpi

Kull membru ta’ GEIE għandu vot wieħed, għalkemm il-kuntratt ta' stabbiliment tiegħu jista’ jagħti iktar minn vot wieħed lil ċerti membri, diment li l-ebda membru waħdieni ma jkollu f’idejh il-maġġoranza tal-voti. Ir-regolament jelenka dawk id-deċiżjonijiet li għalihom hija meħtieġa l-unanimità.

Il-GEIE għandu jkollu mill-inqas żewġ korpi:

  • il-membri li jaġixxu kollettivament u
  • l-amministratur jew l-amministraturi.

L-amministraturi jirrappreżentaw u jorbtu l-GEIE fin-negozji tagħhom ma’ partijiet terzi saħansitra meta l-azzjonijiet tagħhom ma jaqgħux taħt l-għanijiet tal-grupp.

Profitti

Mhuwiex maħsub li l-grupp iżid il-qligħ għalih innifsu. Il-profitti tal-GEIE għandhom jitqiesu bħala qligħ tal-membri tiegħu u għandhom jitqassmu bejniethom fil-proprozjonijiet preskritti fil-klawsola relevanti tal-kuntratt jew, fin-nuqqas ta’ tali klawsola, f’ishma indaqs. Il-qligħ jew it-telf ta’ GEIE jkunu taxxabbli biss f’idejn il-membri tiegħu.

Ir-responsabbiltà mhijiex limitata u hija in solidum

Bħala kontrabilanċ għal-libertà kuntrattwali li tifforma l-bażi tal-GEIE u l-fatt li l-membri mhumiex meħtieġa jipprovdu ammont minimu ta’ kapital, kull membru tal-GEIE għandu responsabbiltà bla limitu flimkien u waħdu għad-dejn tal-grupp.

SFOND

Ir-regolament jissodisfa l-bżonnijiet tal-iżvilupp armonjuż tal-attività ekonomika madwar l-UE u l-istabbiliment ta’ suq uniku li joffri kundizzjonijiet analogi għal dawk tas-suq nazzjonali.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU L 199, 31.7.1985, p. 1–9)

l-aħħar aġġornament 20.06.2016

Top