EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Informazzjoni regolatorja li fergħat ta’ kumpanija tal-UE għandhom jiżvelaw

Din id-direttiva tiddefinixxi liema ħtiġijiet ta’ żvelar japplikaw għall-fergħat miftuħin fi Stat Membru minn kumpaniji ta’ responsabbilità limitata minn Stati Membri oħrajn jew pajjiżi mhux tal-Unjoni Ewropea (UE). Għandha l-għan illi telimina inugwaljanzi fil-protezzjoni ta’ detenturi tal-ishma u partijeit terzi, u li tissalvagwardja l-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment.

ATT

Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (Ara l-att(i) li jemenda(w)).

SOMMARJU

Id-direttiva tapplika għal fergħat miftuħin fi Stat Membru jew minn kumpaniji ta’ responsabilità limitata (elenkati fid-Direttiva 2009/101/KE) rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor jew minn kumpaniji rregolati mil-liġi ta’ pajjiż mhux tal-UE li għandhom forma legali komparabbli.

Fergħat ta’ kumpaniji minn Stati Membri oħrajn

Il-ħtiġijiet għal żvelar obbligatorju ikopru:

  • indirizz u attività;
  • post ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji u numru ta’ reġistrazzjoni;
  • isem u forma legali tal-kumpanija, u isem tal-fergħa (jekk differenti mill-kumpanija);
  • ħatra, waqfien tal-kariga u dettalji tar-rappreżentanti tal-kumpanija;
  • xoljiment tal-kumpanija, ħatra u dettalji tal-likwidaturi,
  • dokumenti tal-kontijiet;
  • għeluq tal-fergħa.

Affarijiet li għandhom jiġu żvelati b’mod obbligatorju jkunu disponibbli pubblikament permezz ta’ sistema ta’ interkonnettività tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji stabbiliti mid-Direttiva 2012/17/UE u disponibbli minn nofs l-2017. Il-fergħat għandhom identifikatur uniku sabiex jippermetti l-identifikazzjoni ta’ mill-anqas:

  • Stat Membru ta’ reġistrazzjoni,
  • reġistru domestiku tal-oriġini,
  • numru tal-fergħa.

Għandu jkollu wkoll, fejn xieraq, karatteristiċi biex jevitaw żbalji ta’ identifikazzjoni.

L-Istat Membru tal-fergħa jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali, eżempju firma tar-rappreżentanti tal-kumpanija jew strumenti ta’ kostituzzjoni.

Meta l-ħtiġijiet għall-iżvelar tal-kumpanija u l-fergħa jkunu differenti, dawk dwar il-fergħa japplikaw għal tranżizzjonijiet mal-fergħa. Jekk kumpanija tiftaħ diversi fergħat fi Stat Membru, tista’ tagħżel fir-reġistru ta’ liema fergħa se tiżvela d-dokumenti tal-kontijiet u l-istrumenti ta’ kostituzzjoni, u tagħmel referenza fir-reġistru tal-fergħat l-oħrajn.

Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jkollu disponibbli mingħajr dewmien, permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, informazzjoni dwar proċeduri ta’ għeluq jew insolvenza tal-kumpanija u dwar it-tneħħija mir-reġistru, jekk dan ikollu konsegwenzi legali fir-reġistru tal-Istat Membru. Ir-reġistru tal-fergħa għandu jkun kapaċi jirċievi tali informazzjoni permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, sabiex il-fergħat ikunu jistgħu wkoll jitneħħew mir-reġistru.

Fergħat ta’ kumpaniji minn pajjizi mhux fl-EU

Ħtiġijiet ta’ żvelar obbligatorji għall-fergħat ta’ kumpaniji minn barra l-UE, li għandhom forma legali komparabbli ma’ dik ta’ kumpanija ta’ responsabilità limitata tal-UE, ikopru dawn l-affarijiet addizzjonali:

  • il-liġi tal-istat li tirregola l-kumpanija;
  • l-istrumenti ta’ kostituzzjoni, memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni;
  • il-forma legali tal-kumpanija.

Meta dokumenti tal-kontijiet ma jinġabrux taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE jew b’mod simili, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li dawn jinġabru u jkunu żvelati għall-attivitajiet tal-fergħa.

REFERENZI

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 89/666/KEE

3.1.1990

1.1.1992

ĠU L 395 tat-30.12.1989

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill

6.7.2012

7.7.2014

ĠU L 156 tas-16.6.2012

L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għad-Direttiva 89/666/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija għal għanijiet ta' referenza biss.

L-aħħar aġġornament: 11.07.2014

Top