Help Print this page 
Title and reference
L-avjazzjoni ċivili u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-avjazzjoni ċivili u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni

Regoli komuni dwar is-sigurtà jiffurmaw il-bażi tas-sigurtà fl-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE). Joffru livell uniformi ta’ rekwiżiti għall-operaturi*, manifatturi u persunal tal-avjazzjoni. Min-naħa tagħhom, dawn jippermettu li jkun hemm moviment liberu ta’ prodotti, persuni u servizzi fis-suq intern tal-UE u dan jippermetti rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati mill-pajjiżi tal-UE*. Dan inaqqas il-piż amministrattiv u l-ammont ta’ xogħol għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-industrija.

ATT

Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE.

SOMMARJU

Regoli komuni dwar is-sigurtà jiffurmaw il-bażi tas-sigurtà fl-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE). Joffru livell uniformi ta’ rekwiżiti għall-operaturi*, manifatturi u persunal tal-avjazzjoni. Min-naħa tagħhom, dawn jippermettu li jkun hemm moviment liberu ta’ prodotti, persuni u servizzi fis-suq intern tal-UE u dan jippermetti rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati mill-pajjiżi tal-UE*. Dan inaqqas il-piż amministrattiv u l-ammont ta’ xogħol għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-industrija.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

L-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi r-regoli prinċipali kif ukoll il-prinċipji biex jiġi stabbilit u biex jinżamm livell uniformi ħafna ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta’ Aġenzija Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (EASA).

Miri oħrajn jinkludu:

l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;

l-iffaċilitar tal-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni u servizzi;

il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-ispejjeż fil-proċessi regolatorji u ta’ ċertifikazzjoni*.

PUNTI EWLENIN

Din il-liġi tal-UE tapplika għad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni kif ukoll għall-operazzjoni tal-partijiet u tat-tagħmir ta' prodotti ajrunawtiċi kif ukoll għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawn l-attivitajiet.

Wieħed mill-mezzi ewlenin ta’ kif jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq huwa permezz tal-istabbiliment tal-EASA. Il-liġi tistabbilixxi l-kompiti, l-istruttura interna, il-metodi ta’ ħidma u r-rekwiżiti finanzjarji tal-Aġenzija.

Il-kompiti ewlenin tal-EASA jinkludu:

l-adozzjoni ta’ opinjonijiet dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa;

l-appoġġ lill-Kummissjoni Ewropea fuq miżuri li jimplimentaw il-liġi inkluż dawk relatati ma’ kwistjonijiet tekniċi bħall-kostruzzjoni u d-disinn;

it-twettiq ta’ spezzjonijiet u investigazzjonijiet meħtieġa sabiex hi tkun tista’ tissodisfa l-kompiti tagħha.

Fir-rigward tal-istruttura interna, il-liġi tistabbilixxi r-regoli prinċipali tal-aġenzija inkluż l-istatus legali, is-setgħat u l-kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv, u s-setgħat u l-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv.

Barra mill-EASA, il-liġi tistabbilixxi regoli komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni fosthom:

ajrunavigabilità: il-ħtieġa li ajruplan ikollu ċertifikat validu ta' ajrunavigabilità inkluż ċertifikati speċifiċi għal prodotti, partijiet u disinn ta' ajruplan;

protezzjoni ambjentali: il-ħtieġa li prodotti, parts u apparat ta’ ajruplan ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni ambjentali relevanti tal-UE u globali.

ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru: il-ħtieġa li l-bdoti jkollhom liċenzja xierqa u ċertifikat mediku u li organizzazzjonijiet tat-taħriġ ikollhom ċertifikati xierqa;

ajrudromi u kontroll tat-traffiku tal-ajru: il-ħtieġa li ċertifikati jiggarantixxu s-sigurtà tal-ajrudromi* u li l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikati xierqa.

Firxa ta' affarijiet relatati huma indirizzati wkoll b'din il-liġi. Jinkludu l-monitoraġġ u l-infurzar, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni mhux tal-UE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mit-8 ta' April 2008.

TERMINI EWLENIN

* Operatur: kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera jew li tipproponi li topera opra tal-ajru waħda jew aktar.

* ċertifikat: kwalunwke approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġ bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni.

* ċertiifkazzjoni: kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent li prodott, parti jew apparat, organizzazzjoni jew persuna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli. Ikopri wkoll il-ħruġ taċ-ċertifikat relevanti li jagħti prova ta’ dik il-konformità.

* ajrudrom: kwalunkwe post fejn jistgħu jseħħu operazzjonijiet ta’ tajran li jvarjaw minn strixxi għall-inżul għal ajruporti internazzjonali kbar.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008

8.4.2008

-

ĠU L 79 tad-19.3.2008, pp. 1-49

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009

14.12.2009

-

ĠU L 309 tal-24.11.2009, pp. 51-70

Ir-Regolament (UE) Nru 6/2013

29.1.2013

-

ĠU L 4 tad-9.1.2013, pp. 34-35

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97 tad-9.4.2008, pp. 72-84).

L-aħħar aġġornament: 10.06.2015

Top