Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li ma jħallix u jipprojbixxi l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu*.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu b’mod unanimu l-individwi, il-gruppi u l-entitajiet koperti mil-leġislazzjoni.
  • Il-lista tikkonsisti minn individwi naturali jew legali, grupp jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw xi att ta’ terroriżmu, jew ikkontrollati minn, jew jaġixxu fl-interess ta’, wieħed minn dawk il-gruppi.
  • Il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi kollha* li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’ jew miżmuma minn xi ħadd jew xi entità fuq il-lista proskritta huma ffriżati u ma jistgħux ikunu disponibbli għal xi ħadd ieħor.
  • L-evitar tal-iffriżar ta’ xi assi b’mod konxju u intenzjonalment, hija offiża.
  • Pajjiżi tal-UE jistgħu jippermettu li fondi ffriżati jintużaw, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, għal:
    • bżonnijiet personali essenzjali, bħal ħlas għal ikel, mediċini jew akkomodazzjoni;
    • taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u utilitajiet pubbliċi bħall-gass, l-ilma, id-dawl u telekomunikazzjonijiet, u spejjeż tal-bank;
    • kuntratti konklużi qabel daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni.
  • Banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji oħra għadhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar kontijiet iffriżati lill-awtoritajiet nazzjonali.
  • Il-leġiżlazzjoni tapplika:
    • ġewwa l-UE, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha u fuq xi inġenji tal-ajru jew xi bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż tal-UE;
    • lil kull ċittadin ta’ pajjiż tal-UE;
    • lil kull persuna, grupp jew entità legali bbażata fi, jew li tagħmel kummerċ ġewwa l-UE.
  • Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni fi żmien sena mill-implementazzjoni tagħha u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi xi emendi.
  • Id-Deċiżjoni 2002/475/JHA u d-Deċiżjoni 2008/919/JHA emendatorja jeħtieġu li l-pajjiżi tal-UE jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u jintroduċu penali minimi għal reati terroristiċi.
  • F’Diċembru 2001, il-gvernijiet tal-UE qablu li jfasslu lista ta’ individwi, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi li l-fondi u l-assi finanzjarji tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati (2001/931/PESK).

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-28 ta’ Diċembru 2001.

SFOND

F’Settembru 2001, wara l-attakki ta’ 11/9, mexxejja tal-gvernijiet għamlu l-ġlieda kontra t-terroriżmu waħda mill-prijoritajiet tal-UE. Il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu hija mod ewlieni kif dan jista’ jinkiseb. Fl-istess xahar, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti appoġġa l-iffriżar tal-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi kollha użati biex jitwettqu atti terroristiċi.

* TERMINI EWLENIN

Atti Terroristiċi: atti intenzjonali li jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali u li huma meqjusa bħala offiża skont il-liġi nazzjonali.

Fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra: assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, pp. 70–75)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, pp. 3–7)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, pp. 93–96)

l-aħħar aġġornament 09.01.2017

Top